Fittixtek… f’Art Imbegħda
February 16, 2025Inti d-Dawl
February 16, 2025
Ara sar iż-żmien, issa hu ż-żmien
Qumu mir-raqda,tieqfux!
Is-saltna t’Alla mhux fil-bogħod, mhux fil-qrib
Is-saltna t’Alla ‘ġa hawn
Jekk il-maħżen imlejt b’ kull xorta ta’ ġid
Jekk il-maħżen ta’ qalbi imlejt
Kif se nwieġeb is-sejħa, is-sejħa tas-sid
Jekk bil-ġid ta’ din l-art jien tgħabbejt?
Jekk għajnejja għattejt biex id-dawl ma narax
Jekk għajnejja għalaqt u għattejt
Jekk widnejja saddejt biex il-krib ma nismax
Kif ser nagħraf x’irid il-Mulej?
Jekk madwari bnejt ħajt, jekk madwari bnejt sur
Jekk inħbejt minn kulħadd wara ħajt
Jekk l-imħabba li tani mhix tinxtered u tfur
Kif qed ngħid li ‘l Ġesù qatt ma rajt?