Inti d-Dawl
February 16, 2025Il-Għanja tal-Ħajja
February 16, 2025
Sakemm smajt is-sejħa li wrietni l-ħelsien
Kont għadni mitluf, ma nafx sew jien min jien
Dis-sejħa li wrietni li ġejt adottat
Minn Re li tant ħabbni li riedni salvat
Bl-Ispirtu li fija hemm jgħammar illum
L-Ispirtu li bih jiena tiegħek inkun
L-Ispirtu li għallimni nitlob mill-qalb
Lil Ismek insemmi bla biża’ fit-talb.
Abba Missier! Dan l-Isem tiegħek għalija
Abba Missier! Lilek ngħożż. Int tgħammar fija
Għaliex jiena tiegħek, jien ibnek l-għażiż
Imħabbtek tfajt fija, wellidtni mill-ġdid
Int fija trid tibqa’, Int fija trid tgħix
Theġġiġni biex nagħti, tħeġġiġni biex ngħix
Abba Missier!…
Ġesù l-Iben tiegħek sar ħija l-kbir
Ġesù miet għalija biex ibnek insir
Hu lili rebaħni biex tiegħek inkun
Biex lilek infaħħar, lil Ismek kuljum