Sar iż-Żmien
February 16, 2025Abba Missier
February 16, 2025
Int, fid-dlam tal-lejla, ħiemed, qalbi sserraħ
Dawl bħal ta’ musbieħ li jerġa’ ‘l ruħi jferraħ
Fik, kull meta waħdi, ittamajt
Talbi dejjem smajt. Iva, int biss bqajt
Int, bħal raġġ tax-xemx f’twelid il-għodwa, tirbaħ
Fuq id-dlam li jaħrab hekk kif mil-ġdid jisbaħ
Bħal ġellied li ta’ kuljum rebbieħ
Ħadd ma jista’ għalih, qawwi, dejjem sħiħ
Int d-dawl (4)
Bżajt, x’ħin ħadd ma rajt u ħsibt kulħadd insieni
Tlabt hħerqan biex dawl it-triq li tlift jurini
Int, bid-dija fiss id-dell keċċejt
Il-mogħdija wrejt, miegħi Int imxejt
Int d-dawl – Jiena d-dawl tad-dinja
Int d-dawl – Min jimxi warajja
Int d-dawl – Ma jimxix fid-dlam
Int d-dawl – Ikollu d-dawl tal-ħajja
Int, li f’qiegħ l-imwiet inżilt u tlajt setgħani
Minn saltniet id-dlam erġajt bil-glorja għani
Int, li sebħek jisboq ħsieb u kliem
Saltan Int fis-sliem, f’jum li m’għandux tmiem
Int d-dawl (4) Int! Mulej!