Abba Missier
February 16, 2025Ejja, la ddumx
February 16, 2025
Il-għanja tal-ħajja hi għanja ta’ mħabba
Li tidħol fil-qalb ta’ dak li jismagħha
Il-għanja tal-ħajja hi għanja ta’ ferħ
Li tqawwi l-bniedem li jgħid il-kliem tagħha
U inti jekk trid tista’ tgħanni wkoll
Biex tifrah flimkien ma’ dak li jħobb
U l-kliem li int tgħanni fil-għanja tal-ħajja
Hu qawwi li joħroġ bħat-talb
Għax l-għanja tal-ħajja hi għanja ta’ mħabba
Hemm wieħed li jħobbna lkoll
Hu jgħanni sabiex inti tiġi u tisma’
U jagħtik ħajja ġdida jekk tgħanni ukoll
Il-għanja nkitbet għal kull wieħed minna
Biex ngħixu l-ħajja li joffru l-kliem
U wieħed kien kiteb il-kliem ta’ din l-għanja
Bl-imsiemer li daħlu f’idejh u f’kull sieq
Bil-mewt tiegħu ħasbu li kollox kien spiċċa
Ħadd xejn ma kien sema’ fi żmien tlett ijiem
Sakemm mill-bogħod semgħu bħal għanja glorjuża
Li tagħthom il-ħajja bla tmiem