Il-Għanja tal-Ħajja
February 16, 2025Fuq Kull Isem
February 16, 2025
Fuq l-għatba tal-bieb, ma nafx noħroġx
Jew nibqa’ hawnhekk fejn jien
Ma nafx xi nsib jekk nagħti l-pass
Min jaf jekk lura nerġax?
Iżda ħiemda stedina, bil-ħlewwa nħoss f’qalbi
Ttenni kliem ta’ kuraġġ:
Ejja, la ddumx. Tibżax hawn jien biex nilqek
Ejja, la ddumx, ħu l-post li ħejjejt f’dar Missieri
Ejja jien miegħek, tibżax
Ejja hawn jien, tibżax!
Pass, pass, nimxi triq, tinferaq spiss
f’elf trejqa u mogħdija
Jum, jum, kuljum bla heda rrid
Din l-għażla nagħmel mill-ġdid
Iżda ħiemda stedina kull darba nħoss f’qalbi
Ttenn kliem ta’ kuraġġ:
Ejja, la ddumx…
Sew twil, sew qasir, kull vjaġġ ukoll
xi darba jasal fit-tmiem
Li naf li nsib lil dak li smajt
Jilqagħni wkoll fl-aħħar waqt
Nerġa l-aħħar stedina, bil-ħlewwa nħoss f’qalbi
Ttenni kliem ta’ kuraġġ:
Ejja la ddumx…
Hawn Jien biex miegħek nibqa’!