Karba
February 16, 2025Kull fejn tmur
February 16, 2025
Arah fil-bard qalil tal-lejl jistenna
Ifittex post ‘il bogħod mid-dlam u l-ksieħ
Kulfejn iħabbat m’hemmx ħlief djar mimlija
Il-qalb tal-bniedem qisha nsiet kif tħenn
Arah għaddej mit-triq bid-dwal imżejna
Presepji u pasturi hemm f’kull dar
Minn ġewwa ħiereg kant u daqq ferrieħi
‘Ma dawl u daqq għalih ma jfisser xejn
Ma jridx jisma’ l-kant sabiħ ta’ l-anġli
Ma jridx l-istilla ssebbaħ b’dawlha l-lejl
Irid igħix qalb nies igħixu f’armonija
Irid isib li qalbek taf tħobb
Irid isib li qalbek taf tħobb
Il-ksieħ li llum iħoss mhux ksieħ ix-xitwa
Id-dlam li hemm madwaru mhux tal-lejl
Il-ksieħ li ġej minn qlub kiesħa rħama
Id-dlam, nuqqas ta’ dawl minħabba d-dnub
Tibżax, ħallih jistkenn mill-bard f’qiegħ qalbek
Kebbislu ħalli jisħon f’qalbek nar
Ħa jiddi sakemm jisboq dawl il-kwiekeb
Mal-bnedmin ħutek għanni paċi fl-art