Fuq Kull Isem
February 16, 2025Imxi Warajja Illum
February 16, 2025
Miġburin qalb waħda
Isem Kristu lkoll flimkien
Kull firda minsija
Aħwa biss fiH magħqudin
Missier smajna s-sejħa
Biex ninġabru nfaħħruK
Spirtu wieħed fostna
Għaqda waħda nqimuK
Għaliex kull fejn hemm Int
Għaliex biss jekk hemm Int
Hemm tassew il-paċi, s-sliem
Kun fostna u tagħna s-Sid
Wettaq dak l’Inti trid
Sultan tal-paċi, Sultan tas-Sliem… Saltna bla tmiem
Miġburin qalb waħda
F’isem Kristu lkoll flimkien
Kull firda minsija
Aħwa biss fiH magħqudin
U nħossu jberren fija
Dix-xewqa taqbad nar
Għal dinja ta’ ġustizzja
Għal dinja wisq aħjar…
Fejn Int, li Inti Alla
Fejn Int, li ġġib is-sliem
Issaltan, issaltan għal dejjem bla tmiem
Issatan, issaltan għal dejjem bla tmiem