Sar iż-Żmien
February 16, 2025
Fuq ix-xatt tax-xmara waħdi mort u nħbejt
Bogħod minn dari, art l-eżilju waħdi bkejt
Qalb il-friegħi u s-siġar, moħbija minn kulħadd
L-arpa t’għaxar kordi f’rokna rmejt
Ħa tiskot il-għanja, ħa tieqaf u tintemm
Ħa jinxef ilsieni u jmut kull ferħ sakemm
Nibqa’ hawn… hawn maqtugħ ‘il bogħod minn Ġerusalemm
Ġew talbuni għanja, in-nies ta’ dawk l-idwar
B’elf mod kollha mweġġa, kollha fqar
Iżda kliemhom bla ma jafu ferita għalija kien
Mill-uġiegħ weġibthom kollni mrar
Ħa tiskot il-għanja…
Bħal swaba ħfief fuq l-arpa li rokna tfajt
Żiffa ħelwa l-kordi ħarket ħarsti rfajt
Imsaħħar u mistagħġeb, bħal min minn raqda jqum
widnejja melodija ġdida smajt
Ħa tidwi il-għanja li twieldet f’art ‘il hemm
Duwa għall-ġrieħi; id miftuħa għall-fqar sakemm
Tinbet hawn bħal dielja l-belt ta’ Ġerusalemm
Fuq ix-xatt tax-xmara l-ilma dejjem ġej
M’għadx hawn iktar minn jittallab għall-għannej
Għax fil-belt li qegħdin nibnu, kor wieħed magħqudin
Ninsġu hieni l-għanja tal-Mulej