Dejjem Hemm
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Mhux dejjem kien ċar quddiemi 
Li mħabbtek dejjem hemm 
U minn dak li għadda minni 
Fhimt li mħabbtek dejjem hemm 
Anke f'dak il-jum diffiċli, 
Meta kollox deher mudlam 
Sibt li mħabbtek kienet hemm 

Imħabbtek dejjem miegħi 
Imħabbtek dejjem hemm 
Imħabbtek dejjem miegħi 
Dejjem hemm, dejjem hemm 

Kultant inħossni biered minnek 
'Ma imħabbtek tibqa' hemm 
U jum b'jum nitbiegħed minnek 
U mħabbtek tibqa' hemm 
Anke jekk niġri 'l bogħod minnek 
Naħrab minnek kull mument 
Naf li mħabbtek tibqa' hemm 

Imħabbtek dejjem miegħi... 

Issa nista' nħares lura, 
Nara l-ferħ kif ukoll l-hemm 
Nifhem li minkejja kollox 
Imħabbtek dejjem hemm 
 
L-Iben
Kliem : Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp

Missieri nitolbok taqsmilna il-ġid 
U agħti s-sehem li jmiss lili 
Mgħaddewx granet wisq meta tlaqt mill-pajjiż 
Hemmhekk bi ftit il-ftit infaqt ġidi 

Sew, sew, f'dak il-ħin kellu jaqa' guh kbir 
Li ħakem il-pajjiż kollu 
U jiena mort nirgħa l-qżieqeż bix-xewqa 
Li mqar niekol ftit milli jkollhom 

Missier indunajt b'dak kollu l' għamilt 
Ma jmissnix nissejjaħ ibnek 
Missier jiena dnibt kontra s-sema u kontrik 
Aħfirli għaliex jiena midneb 

U qomt f'dak il-waqt u tlaqt niġri fit-triq 
Biex nitlob maħfra 'l Missieri 
Kif kont għadni l-bogħod Hu lemaħni u tħassarni 
Ġie jiġri, għannaqni u biesni 

Missier indunajt b'dak kollu l' għamilt 
Ma jmissnix nissejjaħ ibnek 
Missier jiena dnibt kontra s-sema u kontrik 
Aħfirli għaliex jiena midneb 

Hu qal lil qaddejja biex jiġu malajr 
Ħa jġibu l-libsa li kelli 
Libbisli ċ-ċurkett, tani l-qorq biex inxedd 
U l-għogol l-imsemmen qatilli 

Ifirhu u kuli, ħa niżfnu mad-daqq 
Ejjew ħa nagħmlu festa 
Dan ibni kien mejjet, arawh reġa qam 
Ejjew ħa nagħmlu festa 
Dan ibni kien mejjet, arawh reġa qam 
Ejjew nagħmlu festa 
Ejjew nagħmlu festa 
       
               
 
Fuq Spallejk
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp 

Meta ħsibt li qalbi mlejt 
Minn dak kollu li għaddejt 
Meta ħsibt li issa sibt 
Dak li xtaqt u f'ħajti ridt 

Żiffa ħelwa minn fejn ġiet, 
Din is-sejħa minnek bdiet 
Bidlet kull ħsieb li għamilt 
Warrabt dak li kont għażilt 

Lilek nixtieq li naf mill-viċin 
Miegħek nixtieq li ngħammar kull ħin 
Nisma' lil qalbek tħabbat, għal min 
Nifhem imħabbtek għalina l-bnedmin 
Irrid li niġi u nħares f'għajnejk 
Niġi qrib tiegħek  kuljum nersaq lejk 
Nibqa' biss migħek idejja f'idejk 
U nħalli rasi tistrieh fuq spallejk 

Meta xewqti ħsibt li qtajt 
Fis-sbuhija illi rajt 
Meta ħsibt li kollox fhimt 
Minn dak kollu li tgħallimt 

Ibdunajt li kont żbaljat 
Illi bdiltek mal-fruħat 
Sibt li int biss tkun is-sliem 
Għal tul ħajti tul iż-żmien 

Lilek nixtieq... 
         
               
   
Ġmiel Għemilek
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp 

Bħal xoqqa s-sema mifruxa, bħal saqaf fuq l-ilma kotran 
Is-sħab bħal mirkeb jittajjar fuq ġwejnaħ ir-riħ setgħan 
Imwaqqfa il-art fuq sisienha, fis-sod, ma titħarrek qatt 
Il-baħar bħal libsa żejjinha u jħabbat qillietu fuq l-art 
Kemm huma kotrana għemilek, Int kollha għamilthom bil-għerf 
Il-kobor t'għemilek ifaħħru l-ħlejjaq li ġmielek urew. 
Tul ħajti ħa ngħanni lil Alla, għal dejjem ħa ndoqq lil Mulej, 
Quddiemu ħa jidhol dan kliemi, ħa nifraħ kuljum fil-Mulej. 

L-għejjun fil-widien Int tnixxi, bejn l-iġbla jinħolqu trejqat 
Minn fejn għaddejjin l-art tissaqqa u tnibbet il-hdura fil-blat 
Fil-għoli is-siġar jixxabbtu, 'il fuq sebagħhom puntat 
Fejn fuqhom l-għasafar bil-qtajja, iferrhu b'għanjiethom fuq l-art 

Kemm huma kotrana... 

Kemm ismek hu kbir fl-art kollha 
Sebħek 'il fuq mis-smewwiet 
Ifraħ, Mulej. Ifraħ b'għemil idejk. 

Fuq kollox, fuq kull kreatura, 'il fuq minn kull kobor ta' jdejk 
Biex ħsiebu int tieħu, x'inhuwa l-bniedem fil-ħarsa t'għajnejk? 
Ftit anqas minn Alla għamiltu, bil-ġmiel u bil-ġieh int żejjint 
T'għemilek Int tajtu il-ħakma,  taħt riġlu q'għidt, kollox ċekkint 

Kemm huma kotrana għemilek, Int kollha għamilthom bil-għerf 
Il-kobor t'għemilek ifaħħru l-ħlejjaq li ġmielek urew. 
Tul ħajti ħa ngħanni lil Alla, għal dejjem ħa ndoqq lil Mulej, 
Quddiemu ħa jidhol dan kliemi, ħa nifraħ kuljum fil-Mulej. 

Kemm ismek hu kbir fl-art kollha 
Ifraħ b'għemil idejk. 
   
           
 
Ġesù
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp 

Imjassar min jaħseb li sab il-ħelsien 
Imbagħad jiġi mmexxi mill-gideb sat-tmiem 
Mingħajr ma jinduna il-ġidba biss ra 
Mifxul din il-ġidba issir verita' 

'Ma għal dawk li għajnejhom miftuħa jaraw 
Għal dawk li fil-mixja mid-dlam lejn id-dawl 
Jafuh li ġie mogħti b'rigal għall-holqien 
Hemm biss fl-isem tiegħu l-vera ħelsien 

Ġesù hu l-ħajja tal-vera t-triq 
Għal dejjem id-don tal-vera ħelsien 
Li ġie mill-Missier, ħajtu ta fuq salib 
U għad jerġa jiġi fl-aħħar taż-żmien 

Għan-nagħag il-mitlufa fid-dinja hu ġie 
Għal dawk li fid-dalma tal-lejl tul it-triq 
Mifxula fil-mixja u jaqgħu f'kull xkiel 
Għax huma bla ħerqa fid-dlam, mingħajr hjiel 

Ir-ragħaj ifittixhom u lilhom isib 
B'isimhom jgħajtilhom u lura jġib 
Għax lehnu jisimgħu u jimxu warajh 
Hu t-triq illi twassal għand Alla l-ħaj 

Ġesù hu l-ħajja... 

Għal dawk li fit-tama il-jum jistennew 
Sakemm jerġa' jiġi fih biss jithennew 
Għax jafu li lilu f'dal-jum jarawh ġej 
Bis-setgħa u bis-saltna fuq kollox mexxej 

Għax b'mewtu hu ħallas għalina b'salib 
Biex lilna jeħlisna għall-ħajja mill-ġdid 
Fih biss hemm il-ħajja li qatt ma tintemm 
Fuq kull isem Kristu għal dejjem. 

Amen. 
     
               
   
Igħix
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp 

Minn ħaġa għal oħra ħajjitna ttir 
Bla mia tinduna bla skop issir 
Tixtieq li qalbek mimlija bil-ferħ 
Tfittex madwarek xi jġib is-serh 

Lill-bniedem ħalaq biex igħix kuntent 
Alla jrid jibqa' fih kull mument 
Imħabbtu tibqa' minkejja d-dnub 
Ħajtu fih jitfa', jibqa' maħbub 

Hu kien, hu jgħix, hu li jibqa' għal dejjem 
Igħix fil-ħajja tagħna lkoll 
Hu kien, hu jgħix, hu li jibqa' għal dejjem 
Igħix fil-qalb t'uliedu lkoll 

Għax tħares lura, bit-toqol tmil 
Qaċċat  il-ktajjen, tad-dnub ilsir 
Hu tana ħajtu biex ngħixu fih 
Ħħarstek lejh itfa', fih ibqa' sħiħ 

Hu ħejja għalina futur sabiħ 
Sejjaħlu u ssib hemm minnufih 
Offrilu ħajtek, kull hemm, taħwid 
Ħallieh iħaddnek miegħu, s-Sid 

Hu kien... 
 
                           
                   
 
Spirtu Mqaddes
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp 

O Missier tini imħabbtek 
Żiffa ħelwa ta' fejqan 
Din imħabbtek li ħelsitni 
Ġabet fija kull serħan 

O Missier l-Ispirtu tiegħek 
Ibagħat fija f'dan il-ħin 
Spirtu li iġib il-paċi 
U mill-htija il-ħelsien 

Ejja fija Spirtu Mqaddes, oħloq fija spirtu ġdid 
Ħalli n-nifs tiegħek iġedded, jagħmel bija dak li jrid 
Ejja fija Spirtu Mqaddes , il -vojt fija bik imlih 
'Il fuq erfa' lil din ruħi itlob fija minnu fih 

Okrob fija Spirtu Mqaddes 
Meta talbi jsib is-skiet 
Hollni minn kull rabta vojta 
Li lil ħajti tifni bdiet 

Spirtu t'Alla lili qaddes 
Biegħed minni kull tinġis 
Waħħadni miegħek għal dejjem 
Ħaddanni Spirtu qaddis 
             
   
Il-Qaddej
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp 

Bħalma ndehxu ħafna minnu 
Daqs kemm wiċċu mħassar kien 
La ta' raġel fih il-bixra 
U ta' bniedem ebda ġmiel. 

Kien immaqdar, maħrub minnhom 
Mimli mard, raġel b'uġiegħ. 
Minnu thossok trid tinħeba 
Kien mitluq xejn ma qisnieh. 

Fuqu refa' l-mard tagħna 
Għabba fuqu l-uġiegħ tagħna 
It-tagħdib tana saħħitna 
Bil-mard tiegħu aħna fiqna, 
Bil-mard tiegħu aħna fiqna. 

Aħna ħsibna li hu mċekken 
U minn Alla kien midrub 
Iżda kien minħabba fina, 
Kien miġruh minħabba d-dnub. 

Bħal ħaruf mehud għall-qatla 
Bħalma nagħġa siekta tkun 
Waqt li sidha jkun iġiżża 
Hekk kien hu għalkemm midrub 

Il-mewt fuqu ħa bla htija 
Kien magħdud mal-midinbin 
Iż'da b'hekk neħħa l-htija 
Tagħna llkoll tagħna l-ħatjin 

Fuqu refa' l-mard tagħna 
Għabba fuqu l-uġiegħ tagħna 
It-tagħdib tana saħħitna 
Bil-mard tiegħu aħna fiqna. 
Tagħna llkoll tagħna l-ħatjin 
Tagħna llkoll tagħna l-ħatjin 
 
         
 
Jum Ġdid
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp 

Allelulah Allelujah Allelujah Allelujah 
Għaliex tfittxuh qalb l-oqbra lil Sid il-ħajja. 
Għaliex għaliex tfittxuh fost il-mejtin lil Sid il-ħajja. 
Bħas sebh ta' wara d-dlam tal-lejl. 
Hu qam. Qam biex jerġa jgħix jerġa jgħix rebbieh. 

U triegħdet il-mewt fuq it-tron tagħha. 
U l-ktajjen tad-dnub waqgħu imkissrin. 
Għax Alla fixkel tas-sew lis-setagħna 
F'Ġesù l-qaddej tiegħu Hu tana l-ħelsien. 

Għax għall-ħelsien ħelisna Kristu 
Sabiex ngħixu ta' ulied 
Spiċċa ż-żmien li konna lsiera 
Sebaħ Kristu Rxoxt Jum Ġdid. 

Allelujah Allelujah Allelujah. 
Amen Amen Amen 
   
               
Issebbaħ Ruħi
Kliem : Fr Karm Debattista mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp

Issebbaħ ruħi l-Mulej 
Jithenna fih l-ispirtu tiegħi 
Għax ħares lejn iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu 
U ħwejjeg kbar għamel miegħi 

Minn issa u għal kull żmien Imbierka isejħuli 
Għax Alla hu qaddis, setgħani ismu 
Minn nisel għal kull nisel Hu juri l-hniena tiegħu 
Imħabbtu hi għal dawk li jibżgħu minnu 

Xerred 'l-imkabbrin Hu wera l-qawwa tiegħu 
U għolla liċ-ċkejknin fit-tama tiegħu 
Xebba 'l-imġewħin Bil-guh lill-għonja telaq 
Lil Iżrael ħa ħsieb fil-hniena tiegħu 

Ikun minni dak li trid 
Hawn hi l-qaddejja tiegħek 

Issebbaħ ruħi l-Mulej 
Jithenna fih l-ispirtu tiegħi 
Għax ħares lejn iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu 
U ħwejjeg kbar għamel miegħi 
   
Kif?
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp 

Tħares lejh Marija, ċkejken hekk tarbija 
'L Alla ma tarax, tifhem ma tistax. 
Tista' biss tiftakar dak li l-anglu ħabbar, 
Iben Alla hu u ssemmih Ġesù. 

Kif nista' nkun Omm Alla Jien? 
F'moħħha jidwu dawn il-kliem 
Kif jista' qatt Alla setgħan 
Isir tarbija, tfajjel daħqan? 

Kif nista' nkun Omm Alla jien? 
F'moħħa spiss jidwu dawn il-kliem 
Kif nista' nrabbi lill-Mulej, 
Iben Alla u Feddej? 

Issa hemm f'idejha, tressqu lejn ħaddejha 
Rieqed kemm hu kwiet, taħseb hemm fis-skiet 
Magħluqin għajnejh, tant ċkejknin idejh 
Bihom x'għad isir minn dat-tfajjel fqir 

Taħseb fuq kliem Xmun, ħellies ser ikun 
Sebh għal Israel , dawl għall-gnus jinxtegħel 
Tiġrif u qawmien, sinjal għal kull żmien 
Jikxef ħafna qlub...    lilha sejf minfud 

Kif nista' nkun... 
         
Qalb Żagħżugħa
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika:  Fr Karm Debattista mssp 

Fiż-żgħażagħ it-tama inħarsu 'l quddiem 
Lejn dinja sabiħa mibnija fis-sliem 
Insewwu l-ħsara, nkattru l-ġid 
Magħquda għall-ġejjieni nimxu id f'id 

Bl-ilma fejjiedi l-hxejjex ta' l-art 
Jerġġħu għall-ħajja jiżżejnu il-ward 
Hekk Alla biż-żgħażagħ qalbiena irid 
Kollox iġedded, isebbaħ mill-ġdid 

Fiż-żgħażagħ it-tama... 

Hemm min biss igerger jintilef fil-kliem 
Iħabbar tad-dinja l-qerda ut-tmiem 
Iżd'aħna li qlubna bit-tama mħeġġin 
Naħdmu u ngħixu bħal aħwa henjin 

Fiż-żgħażagħ it-tam... 

Għalhekk kollha ħeġġa flimkien inkantaw 
L-imrar u t-telqa mhumiex posthom haw' 
Din l-għanja tal-ħajja mhix għanja tax-xjuh 
Din l-għanja ta' min f'qalbu għadu żagħżugħ