Int biss...
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Karm Debattista mssp
Għal darb’oħra hawn jien, ma għandi ’l ħadd imkien
Lilek ġejt insib, fik biss sibt ħabib
Lilek għandi bżonn, qribek lili żomm
Jekk kulħadd imur, inti tibqa’ żgur
Int biss... lili tmiss u qalbi tfiq
Int biss... tiġi spiss turini t-triq
Int biss... lili tmiss u ħajti ddur
Int biss... tiġi fis u qalbi tfur
Għal darb’oħra hawn jien, inħossni tant għajjien
Ħadd ma jgħini jrid, naf li inti trid
Nibqa’ niġi ħdejk, inressaq talbi lejk
Bħalek m’hawnx Mulej, daqsek ħadd u xejn
Int biss...
Għax naf li int ħanin ma kull min jafda fik
Naf li int lil ħadd qatt ma ċħadt li jgħix għalik
Int wgħedt li timla b’ferħ, tagħti serħ lil min irid
Li jilqgħek f’qalbu llum bħala Sid
Għal darb’oħra hawn jien, ma għandi ’l ħadd imkien
Lilek ġejt insib, fik biss sibt ħabib
Nibqa’ niġi ħdejk, inressaq talbi lejk
Bħalek m’hawnx Mulej, daqsek ħadd u xejn
Int biss...
Tifħir
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Karm Debattista mssp
Ngħannu għanja lill-Mulej
Ejjew ilkoll flimkien lil Alla nagħtu ġieħ
Glorja nroddu lill-Mulej
Bil-kant ngħollu ’l-Feddej bit-tifħir tagħna lejh
ħalli ’l qalbek timtela bil-ferħ li hu jagħtik
Għanja ġdida mis-sema, hena jnissel fik
Erġa’ għanni minn qalbek faħħar isem il-Mulej
Offri dejjem f’talbek glorja lill-Feddej
Ngħannu għanja...
Erfa’ leħnek b’tifħiru, ħa jagħrfu l-bnedmin
Kemm hu qawwi f’għemilu mal-fqar u d-dgħajfin
Għanni magħna din l-għanja, lilu sebbaħ b’kull ġieħ
Inkantaw għalenija, tama hemm biss fih
Ngħannu għanja...
Int u Jien
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Karm Debattista mssp
Isma’ leħni waqt li nressaq talbi lejk
Għalkemm dalma hemm madwari nasal ħdejk
Int minn dejjem blata tiegħi, la tkunx illum trux miegħi
Tibqax sieket għall-krib tiegħi merfugħ lejk
Poplu mweġġa’, poplu mjassar fik jistkenn
Isma’ talbu, isma’ kribu f’dan il-hemm
Fik ifittex li jistrieħ għax f’wegħdietek emmen sħiħ
Kun int dejjem bħall-imgħoddi blat ta’ kenn
Iżd’int smajt il-leħen tiegħi, O Mulej
U lid-dieq u l-għali tiegħi ġibt fix-xej’
Fik nittama Alla tiegħi, ħu f’idejk id-destin tiegħi
Ħa tkun dejjem il-kenn tiegħi għal li ġej
Kemm hi kbira dik tjubitek għal kull min
Juri li fik biss jintelqu l-bnedmin
Lilhom tagħraf b’ulied tiegħek, jidħlu ħdejk fit-tinda miegħek
Jilmħu l-ġmiel u l-kobor tiegħek, għal kull ħin
Alla tiegħi int minn dejjem u għal kull żmien
Jiġri x’jiġri, naf li nsibek kullimkien
Tifraħ qalbi fi tjubitek u tithenna fi sbuħitek
Magħqudin fl-Ispirtu tiegħek, Int u jien
Iżd’int smajt...
Fuq Kollox
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Karm Debattista mssp
Fik stkennet il-qalb tiegħi
Fil-qawwa ta’ dirgħajk, fid-dell ta’ ġwenħajk
Insejjaħ ’l Alla l-għoli
Mis-smewwiet jibgħat jeħlisni, bi tjubitu jlibbisni
Ħa nfaħħrek fost il-ġnus kollha
Din l-għanja ngħannilek u nfaħħar tjubitek
’L fuq mis-sħab il-ħniena tiegħek
Din l-għanja ngħollilek b’tifħir għal għemilek
Fuq kollox ogħla, ja Alla
Jiddi sebħek għal kull żmien fuq l-art kollha
Fuq kollox Ismek, O Alla
Jiddi ġmielek għal kull żmien lill-bnedmin kollha
Fuq kollox - ogħla, ja Alla
Fuq kollox - sebħek, O Alla
Fuq kollox - ismek, O Alla
Fuq kollox - ġmielek, O Alla
Firxuli xibka għal riġlejja
Poġġew nasba għalija u huma nqabdu fiha
Ħaffruli ħofra quddiemi
Kien hu li henn għalija u huma waqgħu fiha
Ħa nfaħħrek fost il-gnus kollha
Din l-għanja ngħannilek u nfaħħar tjubitek
’L fuq mis-sħab il-ħniena tiegħek
Din l-għanja ngħollilek b’tifħir għal għemilek
Fuq kollox ogħla ja Alla
Fuq kollox - Int tgħix għal dejjem, O Mulej
Fuq kollox - Int setgħani, O Feddej
Fuq kollox - Saltnatek tibqa’ għal kull żmien
Fuq kollox - Jissebbaħ ismek fil-ħolqien
Fuq kollox - Ogħla, ja Alla wisq setgħan
Fuq kollox - Tal-ħolqien kollu int sultan
Fuq kollox - Għalik il-glorja u t-tifħir
Fuq kollox - Għax int minn dejjem Alla kbir
Mar-Ragħaj Tiegħi
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Karm Debattista mssp
Mar-ragħaj tiegħi xejn ma jonqos
Qalbi l-għaxqa ssib fih
F’mergħat ħodor spiss jeħodni
Hemm ħdejn l-ilma biex nistrieħ
Dejjem hemm biswit biex jgħinni
‘Mqar jekk nimxi f’wied mudlam
Ma nibżax għax hu qrib tiegħi
Nafda fih għax hu setgħan
Mar-ragħaj tiegħi xejn ma jonqos
Qalbi l-għaxqa ssib fih
F’mergħat ħodor spiss jeħodni
Hemm ħdejn l-ilma biex nistrieħ
Mejda lesta hemm quddiemi
Wiċċ il-għadu ħammar nar
Rasi dilek b’żejt ifewwaħ
Mimli l-kalċi sew sax-xfar
Mar-ragħaj tiegħi xejn ma jonqos
Qalbi l-għaxqa ssib fih
F’mergħat ħodor spiss jeħodni
Hemm ħdejn l-ilma biex nistrieħ
Miegħi timxi t-tjubija
U l-ħniena mis-smewwiet
Ngħammar miegħu fid-dar tiegħu
Sa ma jtulu ż-żminijiet
Mar-ragħaj tiegħi xejn ma jonqos
Qalbi l-għaxqa ssib fih
F’mergħat ħodor spiss jeħodni
Hemm ħdejn l-ilma biex nistrieħ
Ħallini nkun Missier
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Karm Debattista mssp
Jekk imweġġa’ u għajjien, af li miegħek hawn jien
Ħallini nkun għalik Missier
Meta vojt fik issib wara jum fit-taħbit
Ħallini nkun għalik Missier
Qatt m’int waħdek, nibqa’ miegħek
Ħallini nkun għalik Missier.
Meta qalbek imtaqqla, ħadd ma jurik ftit imħabba
Ħallini nkun għalik Missier
Jekk tixtieq issib min miegħek jibqa’ kull ħin
Ħallini nkun għalik Missier
Qatt m’int waħdek, nibqa’ miegħek
Ħallini nkun għalik Missier
Nibqa’ nfittxek sa ma nsibek
Dejjem għalik inkun Missier
B’ibni nżommok għax inħobbok
Dejjem se nkun għalik Missier
Jekk minn miegħi titbiegħed, f’qalbek alla ieħor tqiegħed
Jien nibqa’ nkun għalik Missier
Jekk tiċħadni kuljum u hekk ‘l bogħod minni tkun
Jekk nibqa’ nkun għalik Missier
Nibqa’ nfittxek sa ma nsibek
Dejjem għalik inkun Missier
B’ibni nżommok għax inħobbok
Dejjem se nkun għalik Missier
Dejjem għalik inkun Missier
Ħallini nkun għalik Missier
Ħolma
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Karm Debattista mssp
Dinja bla firdiet il-ħolma tiegħi
Fejn kulħadd igħix flimkien, id f’id miegħi
Fl-imħabba msaħħin, qalb waħda magħqudin
Mexjin ilkoll fis-sliem fil-ħolma miegħi
Familja waħda ssib fil-ħolma tiegħi
Hemm aħwa biss henjin imdawrin miegħi
Fl-imħabba msaħħin, qalb waħda magħqudin
Mexjin ilkoll fis-sliem fil-ħolma miegħi
Jum ġdid jisbaħ qrib fuq il-popli ta’ din l-art
Bħal katina magħqudin, f’art ġdida tnibbet ward
M'hemmx mibegħda, m'hemmx inkwiet
M'hemmx razza, m'hemmx firdiet
Jum ġdid jisbaħ qrib fuq din l-art
M'hemmx aktar fqir, batut fil-ħolma tiegħi
Fil-ferħ jaqsmu kull ġid, miegħek u miegħi
Fl-imħabba msaħħin, qalb waħda magħqudin
Mexjin ilkoll fis-sliem fil-ħolma miegħi
Bla mħabba Għalxejn
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Karm Debattista mssp
Ma taqtax qalbha... l-imħabba, taf tistabar u tħenn
M’hijiex għajjura... ma żżommx f’qalbha il-hemm
Dejjem hemm...l-imħabba, ma titkabbarx
Biha nnifisha... tara li ma tintefaħx
Kieku kelli d-doni kollha bla mħabba m’jien xejn
X’jiswa nqassam ġidi kollu bla mħabba għalxejn
Jekk nitkellem b’ilsna ġodda bla mħabba m’jien xejn
Naf kull għerf u kull misteru bla mħabba għalxejn
Ma żżommx f’qalbha... l-imħabba ma tinkorla għal ħadd
Bil-verità... tifraħ ma’ kulħadd
Kollox tagħder... l-imħabba fiha hemm twemmin
Hekk tittama...tissaporti kull ħin
Jispiċċa kollox... jgħibu s-sema u l-art
l-imħabba ma tintemm qatt
Hi t-triq għalina... l-imħabba, għalija u għalik
Tneħhi kull biża’ fija u fik
L-għejxien tagħna... l-imħabba, għaliha msejħin
M’hemmx triq oħra għalina l-bnedmin
Rosa Mystica
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp
Mużika: Fr Karm Debattista mssp
Nilmħek biss minn xfar għajnejja,
Nilmħek biss minn xfar għajnejja,
Ħiemda, siekta, miexja ħdejja.
Min hija din li riesqa
Bħalma jersaq iż-żerniq ta’ filgħodu,
Sabiħa bħall-qamar, tiddi bħax-xemx
Bil-grazzja ta’ l-Għoli mimlija?
Meta l-frugħa f’qalbi tfawwar,
Meta l-frugħa f’qalbi tfawwar,
Lura lejH int ħarsti ddawwar.
Tul il-vjaġġ m’hemmx triq, mogħdija,
Tul il-vjaġġ m’hemmx triq, mogħdija,
Kewkba fissa int għalija.
Min hija...
Fit-tiġrib bqajt dejjem sħiħa,
Fit-tiġrib bqajt dejjem sħiħa,
Sliem Sultana! Sliem, Rebbieħa
Ħadd ma Jħobbok Bħali
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Karm Debattista mssp
Kemm stennejt dan il-mument
Tiġi tiftaħ qalbek miegħi
Kemm stennejt li ssib ftit ħin
Li tiġi dduq l-imħabba tiegħi
Minni ħrabt u minni nħbejt
Imma naf kemm int sofrejt
Sewwa, sew minn xiex għaddejt
U f’ħajtek kemm batejt
Għax naf li ħadd ma jħobbok bħali
Le, ħadd ma jħobbok bħali
Jien is-salib għażilt biex flokok nagħti ħajti
Le, ħadd ma jħobbok daqsi
Naf sew dak li int trid tgħid
Għalkemm qatt ma tkellimt miegħi
Naf sew dak li qalbek tħoss
Għalkemm qatt ma qsamt xejn miegħi
Fi tfixkil dejjem kont ħdejk
Jien miegħek hemm imxejt
Sa rfajtek minn idejk
Meta għal kollox kont għajjejt
Għax naf li ħadd ma jħobbok daqsi
Le, ħadd ma jħobbok daqsi
Hemm fis-salib għalik il-prova għandi
Kemm ħadd ma jħobbok bħali
Jien miegħek ser inkun, ikun xi jkun li jiġri f’ħajtek
Għal dejjem nibqa’ nkun qawwa għalik - go qalbek.
Għax ħadd ma jħobbok bħali
Le, ħadd ma jħobbok bħali
Fis-salib għalik il-prova għandi
Kemm ħadd ma jħobbok bħali
Għax ħadd ma jħobbok daqsi
Le, ħadd ma jħobbok daqsi
Jien is-salib għażilt biex flokok nagħti ħajti
Le ħadd ma jħobbok daqsi
Jien miegħek nibqa’ nkun - f’imħabbti
Xewqa
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Fr Karm Debattista mssp
Hemm xewqa taħraq fija
Bħal f’jum sajfi hemm għatx kbir
Titlob minni nitlaq kollox
Tistedinni naħseb fik
Fik nistrieħ, meta jien miegħek
Meta ħarsti nitfa’ lejk
Tħalli fija xewqa kbira
Li għal dejjem nibqa’ ħdejk
Xewqa li niltaqa’ miegħek, li nkun ħdejk u noqgħod miegħek
Li narak għall-ewwel darba fil-preżenza vera tiegħek
Xewqa kbira għandi f’qalbi, nara ’l wiċċek kollu dija
Nifhem dak li int għalija, nagħraf dak li għamilt fija
O Mulej!
Sa minn issa ferħ dewwaqtni
Għalkemm hawn fil-wied tad-dmugħ
Ferħ li l-bniedem qatt ma jifhem
Jekk mhux għax minnek ġie mitbuħ
Kemm nistenna l-jum jiġi
Meta għal dejjem nibqa’ miegħek
Nitlaq kollox hawn warajja
Ma rrid xejn ħlief li nkun tiegħek
Din xewqa taħraq fija
Ħniena mhux sagrifiċċju
Mużika: Karm Debattista mssp
Kliem: Pierre Bonniċi mssp
Katarin, sħaba sewda
ara sejra nkiss, inkiss
Sejra tgħaġġel, sejra tgħaġġel għall-quddies
Tisma’ tas-sitta u tas-sebgħa tat-tmienja u ta’ l-għaxra
Ġewwa l-knisja nofs ta’ nhar
Katarin ma tafx b’maħfra, wiċċha mqarras, kliemha strett
Pronta, pronta malajr tasal għall-verdett
Sewwa r-raġel, sewwa uliedha, il-ġirien, l-għasfur u l-kelb
jieħdu qatgħa x’ħin jarawha lura d-dar
Int li tgħid li ’l Alla tħobb, int li tgħid li f’kelmtu tfittxu
Kif inhi li qatt ma qrajt li dal-kliem int qatt ma smajt:
"Ħniena rrid mhux sagrifiċċju! Ħniena rrid mhux sagrifiċċju!"
Dun Gwakkin, djarju aħdar
Kollu dati mimlijin
Kemm hu bieżel, kemm hu mħabbat, m’għandux hin
Taraħ hemm għal kull funzjoni,
għal kull laqgħa, okkażjoni
Fir-rinġiela ta’ quddiem
Dun Ġwakkin, kollox bil-qies
Kollox maħsub u bla difett
Qed jipprova, qed jipprova jkun perfett
Miskin, tilef kull viżjoni
Sentiment u emozzjoni
Mingħalih li l-mewt ta’ ħajtu paċi u sliem
Int li tgħid...
Is-Sur Franġisk, ma ssibx bħalu
Kemm hu serju, dedikat
Fil-parroċċa ismu ssib f’kull kumitat
Minn ta’ l-ewwel għal kull ġabra
Sewwa sew kif tiġi mħabbra
Tassew bniedem ġeneruż
Is-Sur Franġisk, bniedem ieħor
Ġo l-uffiċċju mhux bħad-dar
Ħarstu kiesħa, qalbu iebsa bħall-azzar
Għaliex hemm jaqdi sid ieħor
Hemm biegħ ruħu lil ħaddieħor
Alla tiegħu hemm il-flus