Fittixtek... f'Art Imbegħda
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Fuq ix-xatt tax-xmara waħdi mort u nħbejt 
Bogħod minn dari, art l-eżilju waħdi bkejt 
Qalb il-friegħi u s-siġar, moħbija minn kulħadd 
L-arpa t'għaxar kordi f'rokna rmejt 

Ħa tiskot il-għanja,  ħa tieqaf u tintemm 
Ħa jinxef ilsieni u jmut kull ferħ sakemm 
Nibqa' hawn... hawn maqtugħ 'il bogħod minn Ġerusalemm

Ġew talbuni għanja, in-nies ta' dawk l-idwar 
B'elf mod kollha mweġġa, kollha fqar 
Iżda kliemhom bla ma jafu ferita għalija kien 
Mill-uġiegħ weġibthom kollni mrar 

Ħa tiskot il-għanja... 

Bħal swaba ħfief fuq l-arpa li rokna tfajt 
Żiffa ħelwa l-kordi ħarket ħarsti rfajt 
Imsaħħar u mistagħġeb, bħal min minn raqda jqum 
widnejja melodija ġdida smajt 

Ħa tidwi il-għanja li twieldet f'art 'il hemm 
Duwa għall-ġrieħi; id miftuħa għall-fqar sakemm 
Tinbet hawn bħal dielja l-belt ta' Ġerusalemm 
Fuq ix-xatt tax-xmara l-ilma dejjem ġej 

M'għadx hawn iktar minn jittallab għall-għannej 
Għax fil-belt li qegħdin nibnu, kor wieħed magħqudin 
Ninsġu hieni l-għanja tal-Mulej 
 
Sar iż-Żmien 
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Ara sar iż-żmien, issa hu ż-żmien 
Qumu mir-raqda,tieqfux! 
Is-saltna t'Alla mhux fil-bogħod, mhux fil-qrib
Is-saltna t'Alla 'ġa hawn 

Jekk il-maħżen imlejt b' kull xorta ta' ġid 
Jekk il-maħżen ta' qalbi imlejt 
Kif se nwieġeb is-sejħa, is-sejħa tas-sid 
Jekk bil-ġid ta' din l-art jien tgħabbejt? 

Jekk għajnejja għattejt biex id-dawl ma narax 
Jekk għajnejja għalaqt u għattejt 
Jekk widnejja saddejt biex il-krib ma nismax 
Kif ser nagħraf x'irid il-Mulej? 

Jekk madwari bnejt ħajt, jekk madwari bnejt sur 
Jekk inħbejt minn kulħadd wara ħajt 
Jekk l-imħabba li tani mhix tinxtered u tfur 
Kif qed ngħid li 'l Ġesù qatt ma rajt? 
 
           
   
Abba Missier 
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Sakemm smajt is-sejħa li wrietni l-ħelsien 
Kont għadni mitluf, ma nafx sew jien min jien 
Dis-sejħa li wrietni li ġejt adottat 
Minn Re li tant ħabbni li riedni salvat 

Bl-Ispirtu li fija hemm jgħammar illum 
L-Ispirtu li bih jiena tiegħek inkun 
L-Ispirtu li għallimni nitlob mill-qalb 
Lil Ismek insemmi bla biża' fit-talb. 

Abba Missier! Dan l-Isem tiegħek għalija 
Abba Missier! Lilek ngħożż. Int tgħammar fija 

Għaliex jiena tiegħek, jien ibnek l-għażiż 
Imħabbtek tfajt fija, wellidtni mill-ġdid 
Int fija trid tibqa', Int fija trid tgħix 
Theġġiġni biex nagħti, tħeġġiġni biex ngħix 

Abba Missier!... 

Ġesù  l-Iben tiegħek sar ħija l-kbir 
Ġesù  miet għalija biex ibnek insir 
Hu lili rebaħni biex tiegħek inkun 
Biex lilek infaħħar, lil Ismek kuljum 
 
         
 
Inti d-Dawl 
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp & Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Int, fid-dlam tal-lejla, ħiemed, qalbi sserraħ 
Dawl bħal ta' musbieħ li jerġa' 'l ruħi jferraħ 
Fik, kull meta waħdi, ittamajt 
Talbi dejjem smajt. Iva, int biss bqajt 

Int, bħal raġġ tax-xemx f'twelid il-għodwa, tirbaħ 
Fuq id-dlam li jaħrab hekk kif mil-ġdid jisbaħ 
Bħal ġellied li ta' kuljum rebbieħ 
Ħadd ma jista' għalih, qawwi, dejjem sħiħ 

Int d-dawl (4) 

Bżajt, x'ħin ħadd ma rajt u ħsibt kulħadd insieni 
Tlabt hħerqan biex dawl it-triq li tlift jurini 
Int, bid-dija fiss id-dell keċċejt 
Il-mogħdija wrejt, miegħi Int imxejt 

Int d-dawl - Jiena d-dawl tad-dinja 
Int d-dawl - Min jimxi warajja 
Int d-dawl - Ma jimxix fid-dlam 
Int d-dawl - Ikollu d-dawl tal-ħajja 

Int, li f'qiegħ l-imwiet inżilt u tlajt setgħani 
Minn saltniet id-dlam erġajt bil-glorja għani 
Int, li sebħek jisboq ħsieb u kliem 
Saltan Int fis-sliem, f'jum li m'għandux tmiem 

Int d-dawl (4)  Int! Mulej! 
   
           
   
Ejja, la ddumx...
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Fuq l-għatba tal-bieb, ma nafx noħroġx 
Jew nibqa' hawnhekk fejn jien 
Ma nafx xi nsib jekk nagħti l-pass 
Min jaf jekk lura nerġax? 
Iżda ħiemda stedina, bil-ħlewwa nħoss f'qalbi 
Ttenni kliem ta' kuraġġ: 

Ejja, la ddumx. Tibżax hawn jien biex nilqek 
Ejja, la ddumx, ħu l-post li ħejjejt f'dar Missieri 
Ejja jien miegħek, tibżax 
Ejja hawn jien, tibżax! 

Pass, pass, nimxi triq, tinferaq spiss 
f'elf trejqa u mogħdija 
Jum, jum, kuljum bla heda rrid 
Din l-għażla nagħmel mill-ġdid 
Iżda ħiemda stedina kull darba nħoss f'qalbi 
Ttenn kliem ta' kuraġġ: 

Ejja, la ddumx... 

Sew twil, sew qasir, kull vjaġġ ukoll 
xi darba jasal fit-tmiem 
Li naf li nsib lil dak li smajt 
Jilqagħni wkoll fl-aħħar waqt 
Nerġa l-aħħar stedina, bil-ħlewwa nħoss f'qalbi 
Ttenni kliem ta' kuraġġ: 

Ejja la ddumx...  

Hawn Jien biex miegħek nibqa'! 
 
         
 
Il-Għanja tal-Ħajja 
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Il-għanja tal-ħajja hi għanja ta' mħabba 
Li tidħol fil-qalb ta' dak li jismagħha 
Il-għanja tal-ħajja hi għanja ta' ferħ 
Li tqawwi l-bniedem li jgħid il-kliem tagħha 

U inti jekk trid tista' tgħanni wkoll 
Biex tifrah flimkien ma' dak li jħobb 
U l-kliem li int tgħanni fil-għanja tal-ħajja 
Hu qawwi li joħroġ bħat-talb 

Għax l-għanja tal-ħajja hi għanja ta' mħabba 
Hemm wieħed li jħobbna lkoll 
Hu jgħanni sabiex inti tiġi u tisma' 
U jagħtik ħajja ġdida jekk tgħanni ukoll 

Il-għanja nkitbet għal kull wieħed minna 
Biex ngħixu l-ħajja li joffru l-kliem 
U wieħed kien kiteb il-kliem ta' din l-għanja 
Bl-imsiemer li daħlu f'idejh u f'kull sieq 

Bil-mewt tiegħu ħasbu li kollox kien spiċċa 
Ħadd xejn ma kien sema' fi żmien tlett ijiem 
Sakemm mill-bogħod semgħu bħal għanja glorjuża 
Li tagħthom il-ħajja bla tmiem 
   
           
   
Fuq Kull Isem
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp

Għad li kellu n-natura ta' Alla ried bniedem isir 
Iċċekken għal kollox, ha fuqu n-natura ta' lsir 
Sar jixbaħ lil bniedem, minn barra deher bħalna l-bnedmin 
Iċċekken u obda sa l-ahhar, sal-mewt tas-salib 

Għall-Isem li hu fuq kull isem 
Fis-sema, hawn fl-art u qiegħ l-art 
Iqimu l-ħlejjaq jistqarru: 
Ġesù  hu l-Mulej fuq kulħadd. 

Għalhekk Alla għolla lil Ibnu 
Għollih sas-smewwiet 
U żejnu dan l-Isem 
Għall-glorja ta' Alla l-Missier 

Għall-Isem li hu fuq kull isem 
Fis-sema, hawn fl-art u qiegħ l-art 
Ilkoll arkobbtejna nistqarru: 
Ġesù  hu l-Mulej fuq kulħadd 
Ġesù  hu l-Mulej fuq kulħadd 
 
         
 
Fejn hemm Int! 
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp & Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Miġburin qalb waħda 
Isem Kristu lkoll flimkien 
Kull firda minsija 
Aħwa biss fiH magħqudin 

Missier smajna s-sejħa 
Biex ninġabru nfaħħruK 
Spirtu wieħed fostna 
Għaqda waħda nqimuK 

Għaliex kull fejn hemm Int 
Għaliex biss jekk hemm Int 
Hemm tassew il-paċi, s-sliem 
Kun fostna u tagħna s-Sid 
Wettaq dak l'Inti trid 
Sultan tal-paċi, Sultan tas-Sliem... Saltna bla tmiem 

Miġburin qalb waħda  
F'isem Kristu lkoll flimkien 
Kull firda minsija 
Aħwa biss fiH magħqudin 

U nħossu jberren fija 
Dix-xewqa taqbad nar 
Għal dinja ta' ġustizzja 
Għal dinja wisq aħjar... 

Fejn Int, li Inti Alla 
Fejn Int, li ġġib is-sliem 
Issaltan, issaltan għal dejjem bla tmiem 
Issatan, issaltan għal dejjem bla tmiem 
   
           
   
Imxi Warajja Illum 
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Ħalli d-dinja tibqa' sejra fi triqtha 
Tigri wara holma vojta bla ferħ 
Ħalli 'l dawk li jridu jimxu warajha 
Bit-toqol tad-dnub mingħajr serħ 

Għaliex lilek ħajja oħra ħejjejtlek 
Imxi warajja, jum wara jum 

Iva ejja u imxi warajja 
Kun ir-ragħaj tan-ngħaġ mitlufin 
Ejja kun il-musbieħ fuq l-imnara 
Kun il-melħ li ma jaqtax maż-żmien 

Ħalli l-bniedem jara fik tama ġdida 
ta' ħajja ohra lil hemm minn din l-art 
Ħalli l-bniedem jara fik il-ferħ safi 
ta' l-imħabba li bħajtek xandart 

Għaliex lilek ħajja oħra ħejjejtlek 
Imxi warajja, jum wara jum 

Iva ejja u imxi warajja 
Kun ir-ragħaj tan-ngħaġ mitlufin 
Ejja kun il-musbieħ fuq l-imnara 
Kun il-melħ li ma jaqtax maż-żmien 

Ejja warajja, illum 
Ejaa warajja, illum, illum 
 
Karba
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp & Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Fr Karm Debattista mssp

Il-ħbula tal-mewt dawruni 
Madwari għolew l-ilmijiet 
Quddiemi nara biss dlamijiet 

Bħal qoxra nofs tempesta 
Bħal dgħajsa tissielet mar-riħ 
Għajjiena, ruħi tfittex mistrieħ 

Missier, għal darb' oħra ndur lejK 
Isma' din il-karba, Mulej 
Ħarisni kun miegħi eħlisni 
Mill-qilla li qegħda tgħakkisni 
Qum , Alla tiegħi ħellies 

Fuqek ħajti rrid nibni 
Sur tiegħi, Int tarka, għassies 
Tawwew Inti Alla qaddis 

Int tibni dar għall-imsejken 
Teħles mill-ħabs l-imjassrin 
Tiftakar fil-fqir, u ċ-ċkejknin 

Missier, għal darb' oħra... 

Bħal qoxra nofs tempesta 
Bħal dgħajsa tissielet mar-riħ 
Għajjiena, ruħi tfittex mistrieħ 
     
               
Armonija
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika: Fr  Karm Debattista & Fr Pierre Bonniċi mssp 

Arah fil-bard qalil tal-lejl jistenna 
Ifittex post 'il bogħod mid-dlam u l-ksieħ 
Kulfejn iħabbat m'hemmx ħlief djar mimlija 
Il-qalb tal-bniedem qisha nsiet kif tħenn 

Arah għaddej mit-triq bid-dwal imżejna 
Presepji u pasturi hemm f'kull dar 
Minn ġewwa ħiereg kant u daqq ferrieħi 
'Ma dawl u daqq għalih ma jfisser xejn 

Ma jridx jisma' l-kant sabiħ ta' l-anġli 
Ma jridx l-istilla ssebbaħ b'dawlha l-lejl
Irid igħix qalb nies igħixu f'armonija 
Irid isib li qalbek taf tħobb 
Irid isib li qalbek taf tħobb 
Il-ksieħ li llum iħoss mhux ksieħ ix-xitwa 
Id-dlam li hemm madwaru mhux tal-lejl 
Il-ksieħ li ġej minn qlub kiesħa rħama 
Id-dlam, nuqqas ta' dawl minħabba d-dnub 

Tibżax, ħallih jistkenn mill-bard f'qiegħ qalbek 
Kebbislu ħalli jisħon f'qalbek nar 
Ħa jiddi sakemm jisboq dawl il-kwiekeb 
Mal-bnedmin ħutek għanni paċi fl-art 
Kull fejn Tmur
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp & Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Mulej smajtek qalbi tgħidli ndur 
Mil-hażen u l-frugħa biex nerġa mmur 
Lejl l-hena u t-tjieba ta' l-ewwel żmien 
Fl-imħabba magħquda, Inti u jien 

Mulej, hawn jien, lest li mmur kullimkien 
Għax naf li Int miegħi, għax naf li Int qrib 
b'ħajti nagħti xhieda għaliK. 

Id-dinja mitlufa ħolm u xalar 
Pjaċir ta' mument li jisfa' imrar 
Iżd' issa li sibteK, Imħabba bla tmiem 
Hajti fiK sabet is-sliem 

Mulej, hawn jien, lest li mmur kullimkien 
Għax naf li Int miegħi, għax naf li Int qrib 
b'ħajti nagħti xhieda għaliK 

Jien warajK 
Nimxi warajK kull fejn tmur 
Warajk, kull fejn tmur