Ieqaf, iskot
Ibqa’, iftaħ,
ilqa’ fik is-skiet u s-sliem.
Bejni u bejnek
Tnejn b’qalb waħda,
x’setgħa għandu, x’jiswa il-kliem?
L-isem t’Alla
Nifs u ruħ
Spirtu jonfoħ
Jaħrab l-ilqugħ.
Jonfoħ fiċ-Ċina,
F’New York u l-Vatikan;
F’qalb in-Nisrani,
Buddist, Musulman.
L-isem t’Alla
Fil-bidu, fit-tmiem,
L-isem t’Alla
Paċi u sliem.
Nifsek, nifsi,
onfoħ, oħloq,
b’bewsa qajjimtni għall-ħajja mit-trab.
Madwari, tħaddanni,
Ġo fija, ddawwarni,
Fik ngħix, nitħarrek,
fik jien ninsab.
Yahweh
L-isem t’Alla
Nifs u ruħ
Spirtu jonfoħ
Jaħrab l-ilqugħ.
Jonfoħ fiċ-Ċina,
F’New York u l-Vatikan;
F’qalb in-Nisrani,
Buddist, Musulman.
L-isem t’Alla
Fil-bidu, fit-tmiem,
L-isem t’Alla
Paċi u sliem.
Bejni u bejnek