Oħloq Tbissima
May 2, 2025Fik Nittama
May 2, 2025
(Qalbi mxennqa għalik mas-sebħ)
Ifittxuk għajnejja qabel is-sebħ
B’qalbi kollha ngħajjatlek, Ismagħni
Fir-rieda tiegħek irrid ngħix
Insejjaħlek, Mulej, salvani
Ismagħni, Int. Salvani, Int.
Qalbi mxennqa għalik mas-sebħ
Qalbi mxennqa għalik, għalik mas-sebħ
Sa minn qabel is-sebħ nitolbok tgħin
Fi kliemek nittama, ismagħni
Fuq wegħdietek naħseb matul il-lejl
Tul il-jum infittxek, salvani
Ismagħni, Int. Salvani, Int.
Qalbi mxennqa għalik mas-sebħ
Qalbi mxennqa għalik, għalik mas-sebħ
Fi tjubitek, isma’ leħni
’Tini mħabbtek skont wegħdietek
Imma Int ħdejja, Kelmtek sewwa
U għajnejja mxenqa għalik
Qalbi mxennqa għalik mas-sebħ
Qalbi mxennqa għalik, għalik mas-sebħ