Ejja, Ejj’Emmanuel
May 1, 2025Min hu dat-Tifel
May 1, 2025
Ninni la tibkix iżjed, Ninni Ġesù Bambin
Ħallih għalina l-biki għax aħna l-midinbin
Ejjew, ejjew, ja anġli mis-sema, mija mija
Taraw lil min ħalaqkom, Bambin ġewwa l-fisqija
Ejjew, taraw b’għajnejkom lil Alla kbir tal-ħniena
Bambin sabiħ u ħelu ininni ġo benniena
O Ġesù ħelwa tarbija
Ejja twieled ġewwa fija
Ġesù twajjeb frott l-imħabba
Twieled f’qalbi, miegħi trabba
Ġesù ħelu Bambin ċkejken tiegħi
Ejja f’qalbi u għammar miegħi
Jiena noqgħod miegħek irrid
Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid
Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid
Ninni, ninni, Ġesù tiegħi
Ninni, ninni, ħa tistrieħ
Ninni, ninni, ħalli tinsa
Tinsa d-dwejjaq u l-uġigħ
O jaħasra kemm batejna
Minn xħin tlaqna minn ġod-dar
Kemm batejna int u jiena
Sa wasalna f’dan il-għar