Ninni, Ninni la Tibkix
May 1, 2025Armonija
May 1, 2025
Min hu dat-tifel ċkejken f’għar
Mimdud fuq ommu Marija
Li l-anġli laqgħu b’kant sabiħ
Lir-rgħajja f’lejl xitwija?
Dan, dan hu r-re tar-rejiet
Li r-rgħajja raw u l-anġli kantaw
Ejjew ngħollu kull tifħir
Lil dan Ġesù bin Marija
Għax qiegħed hawn f’dan il-faqar, bard
Hawn rieqed kwiet ġo maxtura?
Għalina lkoll l-Iben t’Alla ħa
Ta’ bniedem din in-natura
Id-deheb, l-inċens u l-mirra ġib
Ejj’hawn viċin u lil Alla qim
Dar-re ġie jsalva lill-bnedmin
U għal dejjem isaltan f’qalbhom
Dan, dan hu r-re tar-rejiet
Li r-rgħajja raw u l-anġli kantaw
Ejjew ngħollu kull tifħir
Lil dan Ġesù bin Marija