L-Għadu Ħabibi
May 2, 2025Barka
May 2, 2025
Tgħollinix
Terfagħnix lejn is-smewwiet
Fuq bradelli
U pedestalli la tqiegħednix
Għax imbagħad meta jien naqa’…
Għaliex żgur li jien naqa’…
Biex nispiċċa
F’miljun biċċa
Humpty Dumpty
Froġa fl-art ma rridx insir
Din il-logħba tal-kaxxi
Din il-logħba tal-miżien
Waħda tgħolli — l-oħra tbaxxi
Dana tajjeb — dak ħażin
F’moħħok ċkejken, żgħir u dejjaq
Int l-imħallef tal-bnedmin
Tbaxxinix
Tniżżilnix f’qiegħ l-infern
Bil-qrun kbir u
Denb bil-ponta
Tpinġinix
Għax id-dnub li tara fija
Hu rifless biss tal-mistħija
Illi ddegħxek
Bil-ħsieb tregħxek
Li xi darba
Għad jiskopru l-istess fik
Logħba tal-kaxxi, logħba tal-miżien
Illum inti… u għada jien