Armonija
February 16, 2025Dejjem Hemm
February 16, 2025
Mulej smajtek qalbi tgħidli ndur
Mil-ħażen u l-frugħa biex nerġa mmur
Lejn l-hena u t-tjieba tal-ewwel żmien
Fl-imħabba magħquda, Inti u jien
Mulej, hawn jien, lest li mmur kullimkien
Għax naf li Int miegħi, għax naf li Int qrib
b’ħajti nagħti xhieda għaliK.
Id-dinja mitlufa f’ħolm u xalar
Pjaċir ta’ mument li jisfa f’imrar
Iżd’ issa li sibteK, Imħabba bla tmiem
Ħajti fiK sabet is-sliem
Mulej, hawn jien, lest li mmur kullimkien
Għax naf li Int miegħi, għax naf li Int qrib
b’ħajti nagħti xhieda għaliK
Jien warajK
Nimxi warajK kull fejn tmur
Warajk, kull fejn tmur