Imxi Warajja Illum
February 16, 2025Armonija
February 16, 2025
Il-ħbula tal-mewt dawruni
Madwari għolew l-ilmijiet
Quddiemi nara biss dlamijiet
Bħal qoxra nofs tempesta
Bħal dgħajsa tissielet mar-riħ
Għajjiena, ruħi tfittex mistrieħ
Missier, għal darb’ oħra ndur lejK
Isma’ din il-karba, Mulej
Ħarisni kun miegħi eħlisni
Mill-qilla li qegħda tgħakkisni
Qum , Alla tiegħi ħellies
Fuqek ħajti rrid nibni
Sur tiegħi, Int tarka, għassies
Tawwew Inti Alla qaddis
Int tibni dar għall-imsejken
Teħles mill-ħabs l-imjassrin
Tiftakar fil-fqir, u ċ-ċkejknin
Missier, għal darb’ oħra…
Bħal qoxra nofs tempesta
Bħal dgħajsa tissielet mar-riħ
Għajjiena, ruħi tfittex mistrieħ