L-ewwel Milied
May 1, 2025Armonija
May 1, 2025
Kemm kienu sbieħ il-kwiekeb dik il-lejla
Xita ta’ ġawar jimla’ s-smewwiet
Riedu bid-dija juru ‘l kulħadd
Fejn twieled ir-re tar-rejiet
Kemm kienu sbieħ l-ilħna tal-anġli
Kisru bil-għana l-ħemda tal-lejl
Glorja fis-sema paċi fuq l-art
Iħabbru t-twelid tal-Mulej
Iżd’ isbaħ minn dawn l-imħabba
li xtegħlet fl-għajnejn u fil-qlub
Ta’ dawk li raw tfajjel ġo għar
li ġie biex jeħlisna mid-dnub
Kemm huma sbieħ id-dwal li ta’ kull sena
Jiddu u jżejnu t-toroq fl-ibliet
Juru lil ħlejjaq bid-dija u l-ilwien
Il-ferħ ta’ kulħadd fil-Milied
Kemm huma sbieħ l-ilħna ferrieħa
Jimlew bil-għana lejla ta’ bard
Jerġgħu bħall-anġli iħabbru bil-ferħ
Paċi ‘l-bnedmin ħawn fuq l-art
Iżd’ isbaħ minn dawn l-imħabba
li tixgħel fl-għajnejn u fil-qlub
Min jilqa’ llum tfajjel ġo għar
li ġie biex jeħlisna mid-dnub
Wisq isbaħ minn dawn