Spirtu Mqaddes
May 1, 2025Issebbaħ Ruħi
May 1, 2025
Bħalma ndehxu ħafna minnu
Daqs kemm wiċċu mħassar kien
La ta’ raġel fih il-bixra
U ta’ bniedem ebda ġmiel.
Kien immaqdar, maħrub minnhom
Mimli mard, raġel b’uġiegħ.
Minnu thossok trid tinħeba
Kien mitluq xejn ma qisnieh.
Fuqu refa’ l-mard tagħna
Għabba fuqu l-uġiegħ tagħna
It-tagħdib tana saħħitna
Bil-mard tiegħu aħna fiqna,
Bil-mard tiegħu aħna fiqna.
Aħna ħsibna li hu mċekken
U minn Alla kien midrub
Iżda kien minħabba fina,
Kien miġruh minħabba d-dnub.
Bħal ħaruf mehud għall-qatla
Bħalma nagħġa siekta tkun
Waqt li sidha jkun iġiżża
Hekk kien hu għalkemm midrub
Il-mewt fuqu ħa bla htija
Kien magħdud mal-midinbin
Iż’da b’hekk neħħa l-htija
Tagħna llkoll tagħna l-ħatjin
Fuqu refa’ l-mard tagħna
Għabba fuqu l-uġiegħ tagħna
It-tagħdib tana saħħitna
Bil-mard tiegħu aħna fiqna.
Tagħna llkoll tagħna l-ħatjin
Tagħna llkoll tagħna l-ħatjin