Fik stkennet il-qalb tiegħi
Fil-qawwa ta’ dirgħajk, fid-dell ta’ ġwenħajk
Insejjaħ ’l Alla l-għoli
Mis-smewwiet jibgħat jeħlisni, bi tjubitu jlibbisni
Ħa nfaħħrek fost il-ġnus kollha
Din l-għanja ngħannilek u nfaħħar tjubitek
’L fuq mis-sħab il-ħniena tiegħek
Din l-għanja ngħollilek b’tifħir għal għemilek
Fuq kollox ogħla, ja Alla
Jiddi sebħek għal kull żmien fuq l-art kollha
Fuq kollox Ismek, O Alla
Jiddi ġmielek għal kull żmien lill-bnedmin kollha
Fuq kollox – ogħla, ja Alla
Fuq kollox – sebħek, O Alla
Fuq kollox – ismek, O Alla
Fuq kollox – ġmielek, O Alla
Firxuli xibka għal riġlejja
Poġġew nasba għalija u huma nqabdu fiha
Ħaffruli ħofra quddiemi
Kien hu li henn għalija u huma waqgħu fiha
Ħa nfaħħrek fost il-gnus kollha
Din l-għanja ngħannilek u nfaħħar tjubitek
’L fuq mis-sħab il-ħniena tiegħek
Din l-għanja ngħollilek b’tifħir għal għemilek
Fuq kollox ogħla ja Alla
Fuq kollox – Int tgħix għal dejjem, O Mulej
Fuq kollox – Int setgħani, O Feddej
Fuq kollox – Saltnatek tibqa’ għal kull żmien
Fuq kollox – Jissebbaħ ismek fil-ħolqien
Fuq kollox – Ogħla, ja Alla wisq setgħan
Fuq kollox – Tal-ħolqien kollu int sultan
Fuq kollox – Għalik il-glorja u t-tifħir
Fuq kollox – Għax int minn dejjem Alla kbir