Fuq kollox
May 2, 2025L-Għadu Ħabibi
May 2, 2025
Int tafni…
Taf meta noqgħod u nqum
Taf eżatt fejn inkun
Tafni l-bieraħ, illum
Int tafni.
Tagħrafni…
Tagħraf kull kelma li ngħid
Minkejja li nkun inħbejt
tħaddanni int dawramejt
Tagħrafni.
Għemili raw għajnejk
Iffissajt fija
Tal-għaġeb xogħol idejk
Tqal għalija
Għarrbilni… agħraf qalbi
Iflini… kun af ħsiebi
Dawramejt int ħaddanni
Qiegħed idejk fuqi.
Issibni…
Jekk nitla’ fis-smewwiet
Jekk jaqbduni d-dlamijiet
Ngħammar hemm fi truf l-ibħriet
Issibni.
Int rajtni
F’ġuf ommi tal-għaġeb sawwartni
Fil-moħbi fis-satra għamiltni
Fil-qiegħ tal-art int insiġtni
Int rajtni
Għemili raw għajnejk
Iffissajt fija
Tal-għaġeb xogħol idejk
Tqal għalija
Għarrbilni… agħraf qalbi
Iflini… kun af ħsiebi
Dawramejt int ħaddanni
Idek qiegħdli fuqi.