Armonija
May 1, 2025Issa li sibtek
May 1, 2025
Ninġabru Insara, bl-akbar ferħ u ħeġġa
Ħa mmorru mmorru sa Be-etlehem.
Hemm Iben Alla, f’għar narawh imwieled.
Ninxteħtu fl-art bil-qima, ninxteħtu fl-art bil-qima
Ninxteħtu fl-art bil-qima na – adurawh.
Lil Alla minn Alla, dawl mid-dawl ta’ dejjem
Ġiebet ix-xbejba ta’ Nażaret.
Dak tassew Alla, sid tal-art u s-sema.
Ninxteħtu fl-art bil-qima, ninxteħtu fl-art bil-qima
Ninxteħtu fl-art bil-qima nadurawh.
Ir-ragħajja ferħana lejn l-għar marru jiġru
Jgħannu u jġorru r-rigali
Magħhom ningħaqdu, noffru il-qlub tagħna.
Ninxteħtu fl-art bil-qima, ninxteħtu fl-art bil-qima
Ninxteħtu fl-art bil-qima nadurawh.
Ninxteħtu fl-art bil-qima… (Nadurawh)
Lil Alla, dawl ta’ dejjem…
Dan Alla f’għar imwieled…
Is-Sid tal-art u s-sema…