Mal-Kant ta’ l-Anġli
May 1, 2025Ejja, Ejj’Emmanuel
May 1, 2025
Tħares lejh Marija, ċkejken hekk tarbija
‘L Alla ma tarax, tifhem ma tistax
Tista’ biss tiftakar dak li l-anġlu ħabbar
Iben Alla hu u ssemmih Ġesù
Kif nista’ nkun Omm Alla Jien?
F’moħħha jidwu dawn il-kliem
Kif jista’ qatt Alla setgħan
Isir tarbija, tfajjel daħqan?
Kif nista’ nkun Omm Alla jien?
F’moħħha spiss jidwu dawn il-kliem
Kif nista’ nrabbi lill-Mulej
Iben Alla u Feddej?
Issa hemm f’idejħa, tressqu lejn ħaddejha
Rieqed kemm hu kwiet, taħseb hemm fis-skiet
Magħluqin għajnejh, tant ċkejknin idejh
Bihom x’għad isir minn dat-tfajjel fqir
Taħseb fuq kliem Xmun, ħellies ser ikun
Sebħ għal Israel , dawl għall-ġnus jinxtegħel
Tiġrif u qawmien, sinjal għal kull żmien
Jikxef ħafna qlub… lilħa sejf minfud