Milied Kuljum
May 1, 2025Isbaħ minn dawn
May 1, 2025
Fil-kesħa tax-xitwa fid-dalma tal-lejla
Stennejna ħerqana s-sebħ ta’ jum ġdid
Dawl f’daqqa idda isbaħ mill-kwiekeb
Kant fl-għoli ħabbar l-ewwel Milied
Mal-għana tal-anġli smajna tarbija
Tfajjel qed jibki sibna ġo għar
Rajna ta’ Alla l-ħniena, l-imħabba
Ġie biex jifdina fqir fost il-fqar
Qalulna nitilqu kollox warajna
Immorru fejn twieled prinċep feddej
Mhux fil-palazzi tas-slaten setagħna
Iżda fil-moħbi, fil-ħemda tal-lejl
Kulħadd kien jistenna l-Mulej mis-sħab jinżel
Bis-sebħ u l-glorja qawwi gwerrier
Rajna kemm akbar hi s-setgħa ta’ Alla
Ġie biex jifdina, ċkejken u fqir