Ħelsien
May 1, 2025L-ewwel Milied
May 1, 2025
Qed nisma’ d-daqq tal-qniepen iħabbru l-Milied
Iwasslu l-ferħ f’lejl xitwi, it-tokki jiksru s-skiet
Qed nisma’ kant ferrieħi – ilħna żgħar tat-tfal
Inisslu l-ferħ fit-toroq imżejna u kollha dwal
Għaliex hu tant diffiċli li jkun hekk kuljum?
Għax għada l-gwerra tkompli wara l-waqfa tal-lum?
Għax jekk kull jum li jgħaddi ikun bħal tal-Milied
Id-dinja tkun ferm isbaħ, bla biża’, mingħajr ġlied
Qed nisma’ tfajjel ċkejken jibki fl-għar bil-lej’
Il-wasla tiegħu tħabbar il-fidwa tal-Mulej
Qed nisma’ kor ta’ anġli jħabbru fis-smewwiet
Glorja lil Alla jgħannu, is-sliem lill-artijiet
Il-paċi li int wegħedtna meta ser tigi fl-art?
Għaliex il-qalb tant iebsa, ma trid li iċċedi qatt!
Milied kuljum… jum wara jum