F’kull ma nara , narak taħdem hekk fil-mobħi
Kif tmexxini u ‘l bogħod mill-għawg teħodni
Fejn immur u naħrab ‘l bogħod minnek?
Jiġri, x’jiġri, ser issibni lura għandek
Il-mogħdijiet tiegħek isaħħruni
L-għerf u l-kelma tiegħek ifarrguni
Int tgħarbilni, Int tqabbadni
Bħal bi fjamma int taħraqni
Fija timxi b’nar ifejjaq
Jien mibdul mil-lejl għan-nhar
Int tgħarbilni, Int tqabbadni
B’nar iħeġġeġ int taħraqni
Jgħaddi fija u jien ninbidel
Iżd’int ma tinbidel qatt
Int sawwartni u ta’ l-għaġeb int għamiltni
Int tagħrafni u f’guf ommi int insiġtni
Sa mill-bidu ma kienx mobħi għadmi minnek
Rajt għemili, kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek
Il-mogħdijiet tiegħek isaħħruni
L-għerf u l-kelma tiegħek ifarrguni
Jien f’idejk
(Dejjem) Taħt għajnejk
Nafda ruħi fik