Ġmiel Għemilek
May 1, 2025Il-Qaddej
May 1, 2025
O Missier tini imħabbtek
Żiffa ħelwa ta’ fejqan
Din imħabbtek li ħelsitni
Ġabet fija kull serħan
O Missier l-Ispirtu tiegħek
Ibagħat fija f’dan il-ħin
Spirtu li iġib il-paċi
U mill-htija il-ħelsien
Ejja fija Spirtu Mqaddes, oħloq fija spirtu ġdid
Ħalli n-nifs tiegħek iġedded, jagħmel bija dak li jrid
Ejja fija Spirtu Mqaddes , il -vojt fija bik imlih
‘Il fuq erfa’ lil din ruħi itlob fija minnu fih
Okrob fija Spirtu Mqaddes
Meta talbi jsib is-skiet
Hollni minn kull rabta vojta
Li lil ħajti tifni bdiet
Spirtu t’Alla lili qaddes
Biegħed minni kull tinġis
Waħħadni miegħek għal dejjem
Ħaddanni Spirtu qaddis