Ngħammar f’darek
May 1, 2025Spirtu Mqaddes
May 1, 2025
Bħal xoqqa s-sema mifruxa, bħal saqaf fuq l-ilma kotran
Is-sħab bħal mirkeb jittajjar fuq ġwejnaħ ir-riħ setgħan
Imwaqqfa il-art fuq sisienha, fis-sod, ma titħarrek qatt
Il-baħar bħal libsa żejjinha u jħabbat qillietu fuq l-art
Kemm huma kotrana għemilek, Int kollha għamilthom bil-għerf
Il-kobor t’għemilek ifaħħru l-ħlejjaq li ġmielek urew.
Tul ħajti ħa ngħanni lil Alla, għal dejjem ħa ndoqq lil Mulej,
Quddiemu ħa jidhol dan kliemi, ħa nifraħ kuljum fil-Mulej.
L-għejjun fil-widien Int tnixxi, bejn l-iġbla jinħolqu trejqat
Minn fejn għaddejjin l-art tissaqqa u tnibbet il-hdura fil-blat
Fil-għoli is-siġar jixxabbtu, ‘il fuq sebagħhom puntat
Fejn fuqhom l-għasafar bil-qtajja, iferrhu b’għanjiethom fuq l-art
Kemm huma kotrana…
Kemm ismek hu kbir fl-art kollha
Sebħek ‘il fuq mis-smewwiet
Ifraħ, Mulej. Ifraħ b’għemil idejk.
Fuq kollox, fuq kull kreatura, ‘il fuq minn kull kobor ta’ jdejk
Biex ħsiebu int tieħu, x’inhuwa l-bniedem fil-ħarsa t’għajnejk?
Ftit anqas minn Alla għamiltu, bil-ġmiel u bil-ġieh int żejjint
T’għemilek Int tajtu il-ħakma, taħt riġlu q’għidt, kollox ċekkint
Kemm huma kotrana għemilek, Int kollha għamilthom bil-għerf
Il-kobor t’għemilek ifaħħru l-ħlejjaq li ġmielek urew.
Tul ħajti ħa ngħanni lil Alla, għal dejjem ħa ndoqq lil Mulej,
Quddiemu ħa jidhol dan kliemi, ħa nifraħ kuljum fil-Mulej.
Kemm ismek hu kbir fl-art kollha
Ifraħ b’għemil idejk.