Kull fejn tmur
February 16, 2025Ngħammar f’darek
May 1, 2025
Mhux dejjem kien ċar quddiemi
Li mħabbtek dejjem hemm
U minn dak li għadda minni
Fhimt li mħabbtek dejjem hemm
Anke f’dak il-jum diffiċli,
Meta kollox deher mudlam
Sibt li mħabbtek kienet hemm
Imħabbtek dejjem miegħi
Imħabbtek dejjem hemm
Imħabbtek dejjem miegħi
Dejjem hemm, dejjem hemm
Kultant inħossni biered minnek
‘Ma imħabbtek tibqa’ hemm
U jum b’jum nitbiegħed minnek
U mħabbtek tibqa’ hemm
Anke jekk niġri ‘l bogħod minnek
Naħrab minnek kull mument
Naf li mħabbtek tibqa’ hemm
Imħabbtek dejjem miegħi…
Issa nista’ nħares lura,
Nara l-ferħ kif ukoll l-hemm
Nifhem li minkejja kollox
Imħabbtek dejjem hemm