Ma Mmur Imkien
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Int biddiltli d-dinja tiegħi 
Meta għażilt li tkun hawn miegħi 
Fija tfajt ġibda għalik 
F’kull ma nagħmel nafda fik 

Ma rrid immur imkien 
Jekk ma nafx li int u jien ser nibqgħu flimkien 
Għax mingħajrek jien xejn ma jien, 
Inħossni imfarrak u għajjien 

Ma jkun hemm ebda żmien 
Fejn int u jien nitbiegħdu minn xulxin 
Warajk nimxi jien, dejjem bik quddiem 
Se ssibni kullimkien 

Jiġri, x’jiġri, nibqa’ miegħek 
Nimxi dejjem hemm qrib tiegħek 
Ma nitilqek qatt u qatt 
Naf li miegħek qalbi rbatt 

Is-sens ta’ ħajti sibtu fik 
Nagħmel x’nagħmel, ngħix għalik 
 
Oħloq Tbissima
Kliem: Louis Mallia mssp & Karm Debattista mssp 
Mużika: Karm Debattista mssp 

Rajtek tiela' 
Fiż-żerniq imdieheb b’ħarstek imdawla 
Biex tispira ta’ tbissima l-ħajja. 

Rajtek tixħet 
Dirgħajn miftuħa bl-istess mod għal kull wieħed 
Tħaddan f’poplu wieħed kull ġens imbiegħed 

Oħloq tbissima lil kull hlejqa 
Xemx shuna li titbissem 
Min tak id-dawl biex tikxef 
id-dieqa tat-tbatija? 
O Xemx, meta ser turi 
Tbissima shiħa fuq kull bniedem? 
Agħtina l-qawwa O Alla 
Li nitbissmu kullimkien 
Oħloq tbissima 

Rajtek twassal 
Żiffa shuna f’wiċċ kull tfajjel fqajjar 
Minn kulħadd mwarrab u mitluq barra 

Rajtek titfa’ 
Dija qawwija bħal rifless li fih jilma’ 
F’kull persuna l-wiċċ ta’ Alla 

Oħloq... 

Rajtek fl-aħħar 
Fil-fqir u l-għani, fl-iswed u fl-abjad 
Bħal titbissem u ferh trid tqabbad 

Rajtek issa 
Ġeneruża fl-id smurija Maltija 
Hemm preżenti dit-tbissima mogħtija 

Oħloq… 
 
         
 
Għalxejn
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Ma jiswielek xejn jekk tbakkar 
Anqas jekk iddum ma tistrieħ 
Xejn tiekol ħobż it-tbatija 
Għaliex hu li jipprovdi lill-għeżież 

Jekk il-Mulej ma jibnix id-dar 
Se jitħabtu l-bennejja għalxejn 
Jekk il-Mulej ma jħarisx il-belt 
Se jishar il-għassies għalxejn 

Frott il-guf huwa l-hlas tiegħu 
Wirt il-Mulej huma l-ulied 
Hekk huma fiż-żgħożija 
bħal vleġeġ f’id ġellied 

Għalxejn tħares, għalxejn tbakkar 
Għalxejn tibni, għalxejn tishar 
   
           
   
Għamret Fostna 
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Kienet fil-bidu, fil-bidu l-Kelma 
Kienet fil-bidu għand Alla 
Kollox sar biha, kollox bil-Kelma 
Xejn ma sar mingħajrha 

Fiha hemm il-ħajja, fiha... il-Kelma 
Il-ħajja, id-dawl tal-bniedem 
Jiddi fid-dlam, id-dawl, il-Kelma 
Xejn ma laqgħu d-dlam 

U l-Verb sar bniedem u għammar fostna 
Rajna l-glorja tiegħu 
Il-glorja li għandu mill-Missier 
Ibnu l-waħdieni 

Tathom is-setgħa li jsiru wlied Alla 
Iben isir il-bniedem 
Mhux mid-demm, twieldu minn Alla 
Anqas mir-rieda tal-gisem 

Kienet fid-dinja, biha hi saret 
Imma ma għarfuhiex 
Kienet fid-dinja, il-Kelma ġiet f’darha 
Niesha ma laqgħuhiex 

Għamret fostna... l-kelma 
 
         
 
B’Qalbi Kollha
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Karm Debattista mssp 

Ma nafx infisser dak li nħoss 
Din ħolma jew realtà? 
Fl-aħħar miexi f’din it-triq 
Tagħtini libertà. 

Inħossni nerġa' ngħix mill-ġdid 
Issa li fik intlaqt 
Xejn ma jbiddel dak li rrid 
Fik sibt dak li xtaqt 

B’qalbi kollha nħobbok 
B’ruhi kollha nafda fik 
B’saħħti kollha nibqa’ hdejk 
Irrid li ngħix għalik 

Spiss nistaqsi, int min int? 
Min jien biex ngħid li nafek? 
Quddiemek tant mifxul 
Inti kbir, ma nafx xi ngħidlek 

F’imħabbtek lili hlaqt 
Biex ħajtek taqsam miegħi 
Dak kollu li int, int 
Issa se jkun tiegħi…   għalhekk 

B’qalbi kollha… B’ruhi kollha… B’saħħti kollha ngħix għalik 
B’qalbi kollha nafda fik 
Irrid li dejjem ngħix għalik 
   
           
   
Int min int
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Kemm inħobb il-mod kif tħobbni 
Fil-profond ta’ ħajti timxi 
Kemm inħobbok kif tħaddanni 
Fil-mument li nħossni waħdi 

Kemm inħobbok kif tberikni 
Ma tistmerrx li tidħol f’qalbi 
Kemm inħobbok kif tmexxini 
Dejjem lest li tisma’ talbi 

Għalhekk infaħħrek jien 
Għax ta’ l-għaġeb int 
Hu din ħajti, int li rajtni 
u lil qalbi fhimt 
Għalhekk infaħħrek jien 
Għax ta’ l-għaġeb int 
Int dawwaltni u ggwidajtni 
Għallimtni int min int 

Kemm inħobb il-mod kif tgħinni 
Meta nħoss il-piż jgħaffiġni 
Kemm inħobbok kif tkellimni 
Tinżel qrib u miegħi timxi 

Kemm inħobb il-mod kif tħobbni 
Ma tistmerrx li tidħol f’qalbi 
Kemm inħobbok kif tħaddanni 
Dejjem lest li tisma’ talbi 

Int min int! Alla kbir setgħan 
Int min int! Ta’ dejjem int sultan 
 
   
Dan li rrid
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Karm Debattista mssp 

Tagħtini ferh li ma jitfissirx 
Dan li rrid, dan li rrid 
Tassew kbir,  ma tinbidilx 
Tibqa’ hekk shih,  tibqa’ hekk shih 

Jekk il-ħajja bħall-ilma, jien art niexfa nkun 
Jekk hi mixja twila, anqas bdejt inqum 
Jekk hi dawl dejjiemi, nara hawn biss id-dlam 
Sakemm intqajt miegħek, Alla kbir setgħan 

Tagħtini ferh... 

Jekk il-ħajja hi glieda, miegħek nirbaħ żgur 
Jekk hi ritmu qawwi, ħajti żifna tkun 
Jekk hi festa kbira, f’qalbi tnissel ferh 
Meta ltqajt miegħek, sibt kull hena u serħ 

Meta mkisser, fik kollox shih 
Int kulma rrid, kulma rrid 
Imħabbtek tqawwi, kull telqa tfieq 
Fik jien shih! 
     
         
   
Nar Iħeġġeġ
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Karm Debattista mssp 

F’kull ma nara , narak taħdem hekk fil-mobħi 
Kif tmexxini u 'l bogħod mill-għawg teħodni 
Fejn immur u naħrab 'l bogħod minnek? 
Jiġri, x’jiġri, ser issibni lura għandek 

Il-mogħdijiet tiegħek isaħħruni 
L-għerf u l-kelma tiegħek ifarrguni 

Int tgħarbilni, Int tqabbadni 
Bħal bi fjamma int taħraqni 
Fija timxi b’nar ifejjaq 
Jien mibdul mil-lejl għan-nhar 

Int tgħarbilni, Int tqabbadni 
B’nar iħeġġeġ int taħraqni 
Jgħaddi fija u jien ninbidel 
Iżd’int ma tinbidel qatt 

Int sawwartni u ta' l-għaġeb int għamiltni 
Int tagħrafni u f’guf ommi int insiġtni 
Sa mill-bidu ma kienx mobħi għadmi minnek 
Rajt għemili, kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek 

Il-mogħdijiet tiegħek isaħħruni 
L-għerf u l-kelma tiegħek ifarrguni 

Jien f’idejk 
(Dejjem) Taħt għajnejk 
Nafda ruħi fik 
Ħerqan Infittxek
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika Fr Karm Debattista mssp 

Alla tiegħi Int; lilek ħerqan infittex 
Ruhi bil-għatx għalik, għalik imxennaq jien 
Bħal art niexfa maħruqa, bla ilma 
Ruhi bil-għatx għalik, għalik imxennaq jien 

Għalhekk ġejt narak fit-tempju tiegħek 
Biex nitgħaxxaq bil-glorja tiegħek 
It-tjieba tiegħek aħjar mill-ħajja 
Xofftejja jxandru t-tifħir tiegħek 

Għalhekk imbierkek tul ħajti kollha 
Ngħolli jdejja u nsejjaħ ismek 
Bħal b’ikel li jsemmen nimtela 
B’xofftejn ferrieħa ngħannilek 

Mimdud fuq friexi fik niftakar 
Fis-sahriet tal-lejl naħseb fuqek 
Għax int kont għajnuna għalija 
Taħt gwenħajk bil-ferh ngħannilek     
   
Bla mħabba... għalxejn
Kliem: Fr Louis Mallia mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

F’liema ħemda ssib il-kwiet? 
F’liema ġonna hemm das-skiet? 
F’liema ħajja tilmaħ it-triq qalb it-tifrik? 

F’liema qalb tħoss il-mistrieħ? 
F’liema farag, it-tamiet? 
F’liema mogħdija ssib ragg ta’ dawl li juri t-triq? 

Agħtini qalb kbira daqs tiegħek 
Għajnejn jaraw il-ħarsa tiegħek 
X’jiswa mingħajrek jekk 

Bla mħabba għalxejn? 

Agħtini qalb kbira daqs tiegħek 
Għajnejn jaraw il-ħarsa tiegħek 
‘tini kuragg għax għalkemm ċkejken 
Nista’ nħobb 

Kif nista’ ngħix bla sempliċità? 
Xi tridni ngħid bla sinċerità? 
Kif nista’ nikteb bla integrità? 
Kif nista’ nitlob bla verità? 

Bla mħabba għalxejn 
Bla mħabba għalxejn 
X’jiswa mingħajrek jekk 
Bla mħabba għalxejn? 
     
De Profundis
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr. Karm Debattista mssp 

Minn qiegħ l-art insejjaħ, Mulej 
Agħti widen, isma’ lehni 
Ħalli jkunu widnejk miftuha 
Nitlob hniena, isma’ talbi 

Jekk tal-htijiet int tagħti hsieb 
Fik min jista’ jżomm shih? 
Imma għandek hemm il-maħfra 
Aħna għal dan nagħtuk kull ġieħ 

Ruhi titma fil-Mulej, titma fih u l-kelma tiegħu 
Ruhi tfittex lill-Mulej, tfittex kenn fil-ħarsa tiegħu 

Aktar mill-għassiesa s-sebh 
Hawn nistenna lill-Mulej 
Għaliex għandu hemm il-hniena 
Jifdi lilna l-Feddej 

Ruhi titma fil-Mulej, titma fih u l-kelma tiegħu 
Ruhi tfittex lill-Mulej, tfittex kenn fil-ħarsa tiegħu 
Fil-ħarsa tiegħu 
   
                   
Għanja ġdida 
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Għanni għanja ġdida lill-Mulej ħallieq 
Fil-ġemgħa tal-bħieb tiegħek it-tifħir agħtih 
Faħħru u biż-żfin l-isem tiegħu agħti ġieħ 
Jissebbaħ Hu li fuq kull ħaġa kien rebbieħ 

Għanni għanja ġdida lill-Mulej, għanja ġdida lill-Mulej 
Għanni għanja ġdida lill-Mulej, għanja ġdida lill-Mulej 

Bil-glorja nithennew u naqbżu lkoll bil-ferh 
Għax f’qalbna nissel l-hena, fina hemm kull serħ 
Kull jum hu ġdid jekk ’l Alla trid, jekk f’Alla tgħix 
Għanja ġdida tlissen f’qalbek, ġdid il-kliem li tgħid 

Kull ħolqien hu ġdid, mibdi mill-Mulej 
Kull mument hu ġdid min jibqa’ fil-Mulej 

Għanni għanja ġdida lill-Mulej, għanja ġdida lill-Mulej 
Għanni għanja ġdida lill-Mulej, għanja ġdida lill-Mulej