Ejja, Ejj’Emmanuel

Mużika tradizzjonali

Kliem: Dun Karm Farrugia

 

 

O ejja, ejj’Emmanuel

ħa tfittex teħles l-Iżrael

Li bit-tnehid u d-dmugħ ta’ lsir

jistenna l-ħlas tal-fidwa jsir

 

O ifraħ, ifraħ, Iżrael,

Dalwaqt tarah l-Emmanuel

 

O ejja, ejja, Fjur t’Isai

Ħa tkun tal-ġnus it-twajjeb ragħaj

Li b’mewtu jeħles il-merħliet

U jimla d-dinja bil-barkiet

 

O ifraħ...

 

O ejja, ejja, dawl ħanin

Li timla l-moħħ bid-dwal divin

U twarrab ’l hemm id-dawl qarrieq

Li jaħbi l-wiċċ tal-kbir Ħallieq

 

O ifraħ


 

Ninni, Ninni, la tibkix

(Fr Andrew Schembri sj/Dun Karm Farrugia)

 

Ninni la tibkix iżjed, Ninni Ġesų Bambin

Ħallih għalina l-biki għax aħna l-midinbin

 

Ejjew, ejjew, ja anġli mis-sema, mija mija

Taraw lil min ħalaqkom, Bambin ġewwa l-fisqija

 

Ejjew, taraw b’għajnejkom lil Alla kbir tal-ħniena

Bambin sabiħ u ħelu ininni ġo benniena

 

 

O Ġesų ħelwa tarbija

Ejja twieled ġewwa fija

Ġesų twajjeb frott l-imħabba

Twieled f’qalbi, miegħi trabba


Ġesų ħelu Bambin ċkejken tiegħi
Ejja f'qalbi u għammar miegħi
Jiena noqgħod miegħek irrid
Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid

Ja Bambin ħelu tiegħi is-Sid

 

 

Ninni, ninni, Ġesų tiegħi

Ninni, ninni, ħa tistrieħ

Ninni, ninni, ħalli tinsa

Tinsa d-dwejjaq u l-uġigħ

 

O jaħasra kemm batejna

Minn xħin tlaqna minn ġod-dar

Kemm batejna int u jiena

Sa wasalna f’dan il-għar

Min hu dat-tifel?

Melodija tas-seklu 16

Karm Debattista mssp

 

Min hu dat-tifel ċkejken f’għar

Mimdud  fuq ommu Marija

Li l-anġli laqgħu b’kant sabiħ

Lir-rgħajja f’lejl xitwija?

 

Dan, dan hu r-re tar-rejiet

Li r-rgħajja raw u l-anġli kantaw

Ejjew ngħollu kull tifħir

Lil dan Ġesų bin Marija

 

Għax qiegħed hawn f’dan il-faqar, bard

Hawn rieqed kwiet ġo maxtura?

Għalina lkoll l-Iben t’Alla ħa

Ta’ bniedem din in-natura

 

Id-deheb,  l-inċens u l-mirra ġib

Ejj’hawn viċin u lil Alla qim

Dar-re ġie jsalva lill-bnedmin

U għal dejjem isaltan f’qalbhom

 

Dan, dan hu r-re tar-rejiet

Li r-rgħajja raw u l-anġli kantaw

Ejjew ngħollu kull tifħir

Lil dan Ġesų bin Marija

 
 

Armonija

Kliem: Fr Pierre Bonnici mssp

Muzika: Fr Karm Debattista mssp

 

Arah fil-bard qalil tal-lejl jistenna

Ifittex post ’il bogħod mid-dlam u l-ksieħ

Kulfejn iħabbat m’hemmx ħlief djar mimlija

Il-qalb tal-bniedem qisha nsiet kif tħenn

 

Arah għaddej mit-triq bid-dwal imżejna

Presepji u pasturi hemm f’kull dar

Minn ġewwa ħiereġ kant u daqq ferrieħi

’Ma dawl u daqq għalih ma jfisser xejn

 

Ma jridx jisma’ l-kant sabiħ tal-anġli

Ma jridx l-istilla ssebbaħ b’dawlha l-lejl

Irid jgħix qalb nies jgħixu f’armoni – ja

Irid isib li qalbek taf tħobb

Irid isib li qalbek taf tħobb

 

Il-ksieħ li llum iħoss mhux ksieħ ix-xitwa

Id-dlam li hemm madwaru mhux tal-lejl

Il-ksieħ li ġej minn qlub kiesħa rħama

Id-dlam, nuqqas ta’ dawl minħabba d-dnub

 

Tibżax, ħallih jistkenn mill-bard f’qiegħ qalbek

Kebbislu ħalli jisħon f’qalbek nar

Ħa jiddi sakemm jisboq dawl il-kwiekeb

Mal-bnedmin ħutek għanni paċi fl-art


Ninġabru Nsara

Mużika tradizzjonali

Kliem Dun G. Camilleri

 

Ninġabru Insara, bl-akbar ferħ u ħeġġa

Ħa mmorru mmorru sa Be-etlehem.

Hemm Iben Alla, f’għar narawh imwieled.

Ninxteħtu fl-art bil-qima, ninxteħtu fl-art bil-qima

Ninxteħtu fl-art bil-qima na - adurawh.

 

Lil Alla minn Alla, dawl mid-dawl ta’ dejjem

Ġiebet ix-xbejba ta’ Nażaret.

Dak tassew Alla, sid tal-art u s-sema.

Ninxteħtu fl-art bil-qima, ninxteħtu fl-art bil-qima

Ninxteħtu fl-art bil-qima nadurawh.

 

Ir-ragħajja ferħana lejn l-għar marru jiġru

Jgħannu u jġorru r-rigali

Magħhom ningħaqdu, noffru il-qlub tagħna.

Ninxteħtu fl-art bil-qima, ninxteħtu fl-art bil-qima

Ninxteħtu fl-art bil-qima nadurawh.

 

Ninxteħtu fl-art bil-qima... (Nadurawh)

Lil Alla, dawl ta’ dejjem...

Dan Alla f’għar imwieled...

Is-Sid tal-art u s-sema...


 

 
 

Fuq Tiben f’Maxtura

Mużika: W.J. Kirkpatrick

Kliem: Dun Karm Farrugia

 

Fuq tiben, f’maxtura fost bhejjem, ġo għar,

Imgeżwra fi bċejjeċ ta’ ħrieqi wisq fqar,

Hemm ċkejkna tarbija, ta’ ħlewwa bla qies,

Ta’ ħlewwa tas-sema, li tgħaxxaq in-nies.

 

Min ġiegħlek, tarbija, titwieled hawnhekk,

Biex tibda minn issa tinħaqar daqshekk?

Kif ebda qalb waħda ma nstabet li tħenn,

Biex f’rokna ta’ kmajra toffrilek ftit kenn?

 

O! Ejja f’din qalbi, hawn ġew, ħa tistrieħ,

Ħa tisħon mir-reżħa u tinsa l-uġigħ.

Din qalbi wisq tħobbok, O ħelu Bambin,

Wisq tħobbok u tgħożżok, bik mgħaxxqa kull ħin.

 

Hemm ċkejkna tarbija, ta’ ħlewwa bla qies,

Ta’ ħlewwa tas-sema, li tgħaxxaq in-nies.

 

Ta’ ħlewwa bla qies...

Li tgħaxxaq in-nies

Fi bċejjeċ wisq fqar...

Tarbija ġo għar.

 

 

O Lejl Qaddis

Mużika: Adolphe Adam

Kliem: Pierre Bonnici mssp

 

O lejl qaddis! Lejl ta' ferħ, thennija!
Dan huwa l-lejl – il-Milied tal-Mulej.
Mgħarrqa fid-dnub, bl-imrar tal-qerq mimlija,
Id-dinja tokrob tistenna 'l dak li ġej.
Sew f'nofs tal-lejl filwaqt li ħadd ma stenna
Fil-moħbi deher għalina l-Feddej.
Ejjew nadurawh.
Ejjew, ħa nagħtuh qima.
O lejl, qaddis!
O lejl,
O lejl divin.
O lejl,
qaddis.
O lejl,
O lejl divin.

 

 

Miġbura hawn, f’riġlejn ċkejkna tarbija,

Fi qlubna tiżreġ dija mis-smewwiet.

Jgħib fis id-dlam li bih kienet mimlija

Tistrieħ u tfiq b’duwa kollha ħlewwiet.

Dan l-għar hekk fqir jinbidel f’tron il-ħniena.

Jinstema’ innu jidwi fuq l-għoljiet:

Glorja fis-smewwiet

U sliem lill-popli kollha.

O lejl, qaddis!
O lejl,
O lejl divin.
O lejl,
qaddis.
O lejl,
O lejl divin.


 

 

 

Noel, Noel

Mużika tradizzjonali

Kliem: Dun C. Calleja

 

Ġa kien wasal iż-żmien

li jitwettqu l-wegħdiet

u kulħadd kien jistenna

il-jum tal-Milied.

 

Alla wiegħed Feddej

li s-serp jisħaq bl-għarqub,

meta Adam ġewwa l-Eden

tebbagħna bid-dnub.

 

Noel, Noel, Noel, Noel,

Twieled ir-Re ta’ I  -  żrael.

 

Bħal Iżakk kien offrut,

daqs Ġużeppi mibjugħ,

bħal Mosč mill-eżilju

ġie jsalva kull ruħ.

 

U Danjeli b’ferħ kbir

Kien ħabbrilna l-jum.

Iżaija, “Imnissel

minn David ikun”.

 

Noel, Noel, Noel, Noel,

Twieled ir-Re ta’ Iżrael.

 

Kristu twieled biex jgħaqqad

il-ġnus mifrudin,

iħabbibhom ma’ Alla

jagħmilhom henjin.

 

Glorja ’l Alla kull ħin,

paċi fl-art lill-bnedmin,

ma’ Marija w Ġużeppi,

mal-ħbieb qaddisin.

 

Noel, Noel …

 


 

Qed jinfirex mal-widien

Mużika tradizzjonali

Kliem: Dun Ġ. Camilleri

 

Qed jinfirex mal-widien

Leħen l-anġli tas-smewwiet

Għanja ħelwa rahan ta’ ferħ

Qiegħda tfawwar qalb l-għoljiet.

 

Gloria in excelsis Deo.

 

Ħallu l-għorfa tajru n-ngħas

Rgħajja nġabru għall-aħbar

Aħbar tajba riesqa ‘l hawn

Kollha ferħ bla qatra mrar.

 

Gloria in excelsis Deo. Gloria in excelsis Deo.

 

Fl-għoli tas-smewwiet – fl-għoli tas-smewwiet

 

Fostkom twieled il-Mulej

Is-sultan tas-sema u l-art

Twieled f’għar sid il-ħolqien

Fuq ftit tiben f’lejl ta’ bard.

 

Gloria in excelsis Deo. Gloria in excelsis Deo

 

Għaġġlu mela biex tarawh

Dak li xtaqu ż-żminijiet

Faħħruh magħna lkoll flimkien

Ġo dil-ħemda ġo das-skiet.

 

Gloria in excelsis Deo. Gloria in excelsis Deo.


 

 

 

O Lelj ta’ Skiet

Mużika: Franz Gruber

Kliem: A. Cassola

 

O lejl ta’ skiet, lejl tal-Milied

Lejl għażiż, lejl qaddis.

Dawlet is-sema, il-kewkba li ddiet

Ħabbret li l-fidwa tal-bniedem inbdiet:

Kristu hu mħabba bla qies!

Kristu hu mħabba bla qies!

 

O lejl ta’ skiet, lejl tal-Milied,

Lejl ħanin, tal-Bambin!

Instama’ l-għana, li ġej mis-smewwiet,

L-għana ta’ l-anġli li fih il-kelmiet:

Glorja lil Kristu f’kull ħin!

Glorja lil Kristu f’kull ħin!

 

O lejl ta’ skiet, lejl tal-Milied,

Ġriet l-aħbar, li fil-għar

Twieled fil-faqar, ir-Re tar-rejiet,

Ġara kif Alla kien wiegħed u ried:

Il-Kbir miraklu kien sar!

Il-Kbir miraklu kien sar!

 

O lejl qaddis!