Ħelsien 
Kliem: Fr Pierre Bonniċi & Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Minn prinċep tas-sema ċċekken u sar 
Għalik u għalija bħall-agħar fost il-fqar 
Għax rana mitlufa fid-dnub u fl-imrar 
Sar bniedem, sar bħalna, tarbija ġo għar 

Il-fidwa ġa ġiet f’dal-lejl tal-Milied 
It-tifel li twieled ġabilna l-ħelsien. 

Għalkemm minn dil-grajja għaddew bosta snin 
Iżd’aħna ferħana ninġabru flimkien 
Tarbija turina li Alla ħanin 
Mill-mewt lili u lilek kisbilna l-ħelsien 

Il-Fidwa ġa ġiet f’dal-lejl tal-Milied 
It-tifel li twieled ġabilna l-ħelsien. 

Iżda  nara madwari min fl-agħar dlamijiet
Mifluġ u mtaqqal taħt piż il-ħtijiet 
Tgħid sema’ bil-bxara tal-lejl tal-Milied?
Li Alla ħelisna - li l-fidwa ġa ġiet?

Il-Fidwa ġa ġiet f’dal-lejl tal-Milied 
It-tifel li twieled ġabilna l-ħelsien 
 
Milied Kuljum 
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Qed nisma’ d-daqq tal-qniepen iħabbru l-Milied 
Iwasslu l-ferħ f’lejl xitwi, it-tokki jiksru s-skiet 

Qed nisma’ kant ferrieħi - ilħna żgħar tat-tfal 
Inisslu l-ferħ fit-toroq imżejna u kollha dwal 

Għaliex hu tant diffiċli li jkun hekk kuljum? 
Għax għada l-gwerra tkompli wara l-waqfa tal-lum? 
Għax jekk kull jum li jgħaddi ikun bħal tal-Milied 
Id-dinja tkun ferm isbaħ, bla biża’, mingħajr ġlied 
Qed nisma’ tfajjel ċkejken jibki fl-għar bil-lej’ 
Il-wasla tiegħu tħabbar il-fidwa tal-Mulej 

Qed nisma’ kor ta’ anġli jħabbru fis-smewwiet 
Glorja lil Alla jgħannu, is-sliem lill-artijiet 

Il-paċi li int wegħedtna meta ser tigi fl-art? 
Għaliex il-qalb tant iebsa, ma trid li iċċedi qatt! 

Milied kuljum...  jum wara jum 
 
L-ewwel Milied
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Fil-kesħa  tax-xitwa fid-dalma tal-lejla 
Stennejna ħerqana s-sebħ ta' jum ġdid 
Dawl f'daqqa idda isbaħ mill-kwiekeb 
Kant fl-għoli ħabbar l-ewwel Milied 

Mal-għana tal-anġli smajna tarbija 
Tfajjel qed jibki sibna ġo għar 
Rajna ta' Alla l-ħniena, l-imħabba 
Ġie biex jifdina fqir fost il-fqar 

Qalulna nitilqu kollox warajna 
Immorru fejn twieled prinċep feddej 
Mhux fil-palazzi tas-slaten setagħna 
Iżda fil-moħbi, fil-ħemda tal-lejl 

Kulħadd kien jistenna l-Mulej mis-sħab jinżel 
Bis-sebħ u l-glorja qawwi gwerrier 
Rajna kemm akbar hi s-setgħa ta' Alla 
Ġie biex jifdina, ċkejken u fqir 
           
L-Innoċenti
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Tkellem int għalija, 
Ċkejkna Tarbija, 
Tkellem int għalija llum 
Forsi jasal dak il-jum 
U mir-raqda d-dinja tqum 
Tisma’ it-tnehida ta’ Rakel tibki 'l uliedha 
Ta’ Rakel tibki 'l uliedħa 

Tkellem int għalija 
Ċkejkna Tarbija 
Jien xejn iktar ma nista’ 
Numru ieħor fil-lista 
Għex ftit xhur u miet bil-guħ 
Ħaffru ħofra u difnuh 
Anġli, daqq u innijiet 
Bħali jmutu bil-mijiet 

Tkellem int għalija 
Ċkejkna Tarbija 
Fit-triq waħdi minsija 
Użata u mormija 
It-turisti jixxalaw 
Bi ftit liri ġismi xtraw 
Bozoz, stilel, Ċhristmas trees, 
Bint il-fqir tinbiegħ bl-irħis 

Tkellem int għalija 
ĊkejknaTarbija 
Jien il-lejla ħawn armat 
Ħdax-il sena ġa suldat 
Qalb il-balal u l-kanuni 
Noqtol jien jew joqtluni 
Xorb u ħelu u tiżjin 
Flok rigali, l-azzarin 

Osanna lil Bin David 
Imbierek dak li ġej 
Minn kull Erodi d-dinja 
Ġej jeħles il-Feddej 
Ismagħha t-talba tagħna 
L-għajta tagħna, O Mulej 
Il-ħajja, il-mewt tagħna 
Tħallix li tkun għalxej’
 
     
Isbaħ  minn Dawn
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Kemm kienu sbieħ il-kwiekeb dik il-lejla 
Xita ta' ġawar jimla' s-smewwiet 
Riedu bid-dija  juru 'l kulħadd 
Fejn twieled ir-re tar-rejiet 

Kemm kienu sbieħ l-ilħna tal-anġli 
Kisru bil-għana l-ħemda tal-lejl 
Glorja fis-sema paċi fuq l-art 
Iħabbru t-twelid tal-Mulej 

Iżd' isbaħ minn dawn l-imħabba 
li xtegħlet fl-għajnejn u fil-qlub 
Ta' dawk li raw tfajjel ġo għar 
li ġie biex jeħlisna mid-dnub 

Kemm huma sbieħ id-dwal li ta' kull sena 
Jiddu u jżejnu t-toroq fl-ibliet 
Juru lil ħlejjaq bid-dija u l-ilwien 
Il-ferħ ta' kulħadd fil-Milied 

Kemm huma sbieħ l-ilħna ferrieħa 
Jimlew bil-għana lejla ta' bard 
Jerġgħu bħall-anġli iħabbru bil-ferħ 
Paċi 'l-bnedmin ħawn fuq l-art 

Iżd' isbaħ minn dawn l-imħabba 
li tixgħel fl-għajnejn u fil-qlub 
Min jilqa' llum tfajjel ġo għar 
li ġie biex jeħlisna mid-dnub 

Wisq isbaħ minn dawn 
           
 
Jum Kbir għal Betlehem
Kliem: Pierre Bonniċi mssp 
Mużika: Karm Debattista mssp 

Jum kbir għal Betlehem 
Jum kbir għal Betlehem 
Jum kbir għal Betlehem 
Għax twieled ċkejken bambin 

Din l-akbar storja li qatt ġrat li nħabbru fil-Milied 
Kif tnejn li waslu f’Betlehem fil-kesħa u fis-sried 
Il-mara għajjiena, r-raġel fqir, iħabbtu l-bibien 
Il-ħajja ġdida ġa fil-qrib 'ma post ma hemm imkien 

Fittxew u tħabtu t-tnejn għal post fil-belt mimlija nies 
Post wieħed baqa’ f’Betlehem, għad baqa’ wieħed biss 
Maxtura ċkejkna, għoġol, hmar man-nagħaġ u l-mogħoż ġo għar 
Hemm ġewwa stalla strieħu ftit ma sabu mkien aħjar 

Hekk tard bil-lejl fil-bard u l-ksieħ qalb tiben u ftit xgħir 
Ġo post imwarrab minn kulħadd tweldilhom iben żgħir 
L-anġli kantaw “Glorja u sliem lill-iben naduraw 
Il-paċi reġgħet ġiet fuq l-art, Osanna inkantaw.” 
     
             
     
Armonija
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika: Fr  Karm Debattista & Fr  Pierre Bonniċi mssp

Arah fil-bard qalil tal-lejl jistenna 
Ifittex post 'il bogħod mid-dlam u l-ksieħ 
Kulfejn iħabbat m'hemmx ħlief djar mimlija 
Il-qalb tal-bniedem qisha nsiet kif tħenn 

Arah għaddej mit-triq bid-dwal imżejna 
Presepji u pasturi hemm f'kull dar 
Minn ġewwa ħiereġ kant u daqq ferrieħi 
'Ma dawl u daqq għalih ma jfisser xejn 

Ma jridx jisma' l-kant sabiħ ta' l-anġli 
Ma jridx l-istilla ssebbaħ b'dawlha l-lejl 
Irid igħix qalb nies igħixu f'armonija 
Irid isib li qalbek taf tħobb 
Irid isib li qalbek taf tħobb 

Il-ksieħ li llum iħoss mhux ksieħ ix-xitwa 
Id-dlam li hemm madwaru mhux tal-lejl 
Il-ksieħ li ġej minn qlub kiesħa rħama 
Id-dlam, nuqqas ta' dawl minħabba d-dnub 

Tibżax, ħallih jistkenn mill-bard f'qiegħ qalbek 
Kebbislu ħalli jisħon f'qalbek nar 
Ħa jiddi sakemm jisboq dawl il-kwiekeb 
Mal-bnedmin ħutek għanni paċi fl-art 
 
           
 
Tul il-lejl
Kliem: Fr Pierre Bonniċi mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Tul il-lejl ir-ragħajja ġrew 
Omm u tfajjel f’għar fittxew 
Hekk ġie mħabbar f’nofs ta’ lejl 
Illi  twieled tfajjel żgħir 

Dija kbira kullimkien 
Bħalha qatt ma raw imkien 
Ilħna semgħu mis-smewwiet 
Kissru b’kant sabiħ il-kwiet 

Għal dak li ġie ħawn fl-art 
Li ħabbna u bniedem sar 
L-Iben divin li mwiegħed kien 
Mill-ewwel żminijiet 

Waslu fl-aħħar ġo għar fqir 
Tawh rigali u tifħir 
Ragħajja msejkna, mhux mgħallmin 
Tgħid intebbħu dan min kien? 

Dan dak li ġie hawn fl-art 
Li ħabbna u bniedem sar 
L-Iben divin li mwiegħed kien 
Mill-ewwel żminijiet 

Glorja 'l Alla fis-smewwiet 
Is-sliem tiegħu fl-artijiet 
Ħabbru anġli fl-art mill-ġdid 
Li daċ-ċkejken hu s-Sid 

Lil dak li ġie hawn fl-art 
Li ħabbna u bniedem sar 
L-Iben divin li mwiegħed kien 
Mill-ewwel żminijiet    

     
     
Għaż-żgħar Biss
Kliem: Fr Pierre Bonniċi 
Mużika: Fr Karm Debattista 

F’din il-lejla l-qalb tithenna 
Noti safja jiksru s-skiet 
Isma’ l-innu ġej mill-ġenna 
Glorja fl-għoli tas-smewwiet 
Art u sema t-tnejn flimkien 
Paċi jħabbru lill-bnedmin 

Ħa ninġabru kif imiss 
Din il-lejla lkoll flimkien 
Lesta l-festa għaż-żgħar biss 
l-ikbar, l-ewwel iċ-ċkejknin 

Erġa' ħoss ġo ruħek tfur 
Dik is-safa li ħallejt 
Erħi 'l qalbek terġa' ddur 
Għat-tfulija li nsejt 

Ġewwa t-toroq dawl fiddien 
Bħal tal-kwiekeb f'dak il-lejl 
Qlubna mkebbsa, imħeġġin 
Jiddu b’ferħ, ġej il-Mulej 

        
   
Mal-Kant ta’ l-Anġli 
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Twieled ġewwa stalla fil-kesħa ta’ bil-lejl 
Bejn il-baqra u l-hmara hemm l-Iben tal-Mulej 
Fuq l-istalla ċkejkna hemm stilla b’dawl fiddien 
U ġewwa hemm Marija, b’Ġużeppi tant ħosbien 

Kanta li dat-tfajjel, Ġesù ċkejken bambin 
Mogħti llum għalina, hu sinjal li Alla ħanin 
Rigal mis-sema nieżel għalina l-bnedmin 
Ħallih lil qalbek jisraq, ċkejken Ġesù bambin 

Ma’ ġenbhom hemm ir-ragħajja, ħallewhom il-merħliet 
Meta dehrulhom anġli li kisru b’kant is-skiet 
Dlonk ġrew fejn sabu t-tifel, niżlu biex jadurawh 
Li kellhom ħaduh magħhom, b’rigali lilu tawh 

Kanta ma’ l-anġli...  kanta 
     
Xewqat Sbieħ
Kliem: Fr Karm Debattista mssp 
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Dan hu żmien ta’ ferħ li f’qalbna hemm 
Għax twieled il-ħallieq 
Dan hu żmien ta’ paċi u hena 
Li jġibilna l-Milied 
Ejjew ngħaddu dan l-awgurju 
Ejjew naqsmu l-ferħ flimkien 
Ferħ li ġej għax Alla twieled 
Biex ġabilna l-Ħelsien 

Waqt li naqbdu lkoll id f’id 
nixtiqulkom barka u ġid 
Magħkom dejjem għal kull żmien 
B’mod speċjali f’dawn il-jiem 
Xewqat sbieħ għal dal-Milied 
Mimli paċi mis-smewwiet 
Tfawwar qalbkom b’kull ma trid 
Hena u barka, sliem u ġid 

Jiem tant sbieħ fejn nirbħu l-firda 
Mill-mibegħda meħlusin 
Jiem tant sbieħ fejn l-għaqda ssaltan 
Ħawn madwar ċkejken bambin 
Ninsew dak illi jifridna 
Dejjem nersqu lejn xulxin 
Id f’id nimxu t-triq kollha 
F’imħabbitna magħqudin 

Jekk tisma’ għaddej, kant ta’ l-anġli ġej 
Kun af li l-Mulej bagħtilna l-feddej 
Jalla dan is-sliem li jfawwar f’dal-jiem 
F’qalbkom għal kull żmien, għal dejjem bla tmiem 
   
Tħares lejh Marija 
Kliem: Fr Karm Debattista mssp
Mużika: Fr Karm Debattista mssp 

Tħares lejh Marija, ċkejken hekk tarbija 
'L Alla ma tarax, tifhem ma tistax 
Tista' biss tiftakar dak li l-anġlu ħabbar 
Iben Alla hu u ssemmih Ġesù 

Kif nista' nkun Omm Alla Jien? 
F'moħħha jidwu dawn il-kliem 
Kif jista' qatt Alla setgħan 
Isir tarbija, tfajjel daħqan? 

Kif nista' nkun Omm Alla jien? 
F'moħħha spiss jidwu dawn il-kliem 
Kif nista' nrabbi lill-Mulej 
Iben Alla u Feddej? 

Issa hemm f'idejħa, tressqu lejn ħaddejha 
Rieqed kemm hu kwiet, taħseb hemm fis-skiet 
Magħluqin għajnejh, tant ċkejknin idejh 
Bihom x'għad isir minn dat-tfajjel fqir 

Taħseb fuq kliem Xmun, ħellies ser ikun 
Sebħ għal Israel , dawl għall-ġnus jinxtegħel 
Tiġrif u qawmien, sinjal għal kull żmien 
Jikxef ħafna qlub...    lilħa sejf minfud