Imla ’l Qalbi

Karm Debattista mssp

 

Imla ’l qalbi bik, hawn nintelaq fik

Imla ’l qalbi bik, bik u xejn aktar

 

Xejn ma jagħmel sens

Fik insib kull wens

Ħajti vojta tkun mingħajrek Mulej Ġesł

 

Xejn ma jtini ferħ

Fik insib kull serħ

Ħajti isbaħ tkun mimlija bik Ġesł

 

Imla ’l qalbi bik, hawn nintelaq fik

Imla ’l qalbi bik, bik u xejn aktar

 

Bik ma jonqos xejn

Int kollox Mulej

Ħajti vera tkun mimlija bik Ġesł

 

Ejja Mulej, ejja Mulej

Ejja Mulej, hawn mill-ġdid


 

Ibdilni Mulej

Karm Debattista mssp

 

 

Ibdilni Mulej

Ibdilni, Mulej Ġesł    (x2)

 

Bħalek umli u b’qalb ħelwa nkun

Safi f’dak li nagħmel jien

Kun hawn f’qalbi, salvani

Ibdilni... bħalek insir

 

Mulej Ġesł, Mulej Ġesł,

Mulej Ġesł...

Mulej Ġesł, Mulej Ġesł,

Mulej Ġesł, ibdilni!


 
             
   

Fi Kristu biss

Karm Debattista mssp

 

Fih… fi Kristu biss qalbi tistrieħ

Għax huwa sod, Hu jibqa’ sħiħ

Insib fih id-dawl li rrid

Għax nafda fih qawwa nsib

 

Fih… fi Kristu kull biża’ tintemm

Għax fih imħabba vera hemm

Insib fih il-milja tas-sliem

It-triq f’ta’ Kristu l-kliem

 

Fi Kristu biss, għax hu rebbieħ

Fi Kristu biss hemm kull mistrieħ

Lil Kristu biss jixraq kull ġieħ

Għax kull ħelsien jinsab biss fih

 

Glorja, tifħir u glorja

Glorja lil Kristu biss


 
         
 

Hallelujah

Karm Debattista mssp

 

Inti – il-qawwa  fid-dgħufija

Inti – kull faraġ tkun għalija

Inti – il-ħaruf bla tebgħa

Inti – ’l  fuq minn kull setgħa

 

Hallelujah! Il-Mulej ħa s-saltna

Hallelujah! Glorja ’l Alla tagħna

Hallelujah! Issa jgħammar f’qalbna

Hallelujah! Tifħir ’l Alla tagħna

 

Inti – għandek dak li rrid

Inti – tgħallimni l-ħajja nsib

Inti – fdejtni bis-salib

Inti – tħallini miegħek qrib

 

Hallelujah


   
           
   

Kun tagħhom ir-Ragħaj

Karm Debattista mssp

 

Għażiltek u ħtartek għalija

U mal-poplu tiegħi kun

Għażiltek biex lilhom tmexxi

U fil-mixja qrib tagħhom tkun

 

Ħudhom f’mergħat kollha ħdura

Fejn hemm mistrieħ u sliem

Qalbhom imkissra u mweġġgħa

Weħidhom, bi spirtu għajjien

 

Irgħa l-ħrief tiegħek, ħu ħsiebhom ilkoll

Dawk qrib, sew dawk bogħod jeħtiġuk

Wasslilhom il-Kelma li ’l qalbhom tmiss

Imxi qabilhom u huma jsegwuk

Kun tagħhom ir-ragħaj!

 

Kun magħna għax mitlufa nfittxu

Mexxina u urina t-triq

Għax dgħajfa sawwab fuqna żejt safi   

Imlina bl-Ispirtu, qalbna tfiq

 

Kun tagħhom ir-ragħaj! tagħhom ir-ragħaj!

Kun tagħhom ir-ragħaj u huma jsegwuk


 

 

 

 

   
 

Hawn f’Riġlejk

Karm Debattista mssp

 

 

Hawn ġejt biex inqimek

Nagħraf insir nafek

Hawn inqiegħed ħajti, f’riġlejk

 

Hawn ġejt biex noffrilek

Ġejt inservi lilek

Hawn inqiegħed ħajti, f’riġlejk

 

Kull offerta tiegħi, dan it-tifħir tiegħi

Il-qalb tiegħi li nqiegħed hawn f’riġlejk

Bħal inċens quddiemek jitla’ ’l fuq isibek

Inti biss jixraqlek kull tifħir

 

Jien nadurak, jien nadurak.

Jien nadurak, nadurak.

 

Hawn f’riġlejk


   
   

     
 

Ħejju t-triq għall-Mulej

Karm Debattista mssp

 

Ħejju t-triq għall-Mulej

Ħalluh jidħol il-feddej

Ħejju t-triq għall-Mulej

Huwa qrib, il-Mulej ġej

Ħejju t-triq għall-Mulej

Ħalluh f’qalbkom jibqa’għaddej

Ħejju t-triq, dalwaqt jasal

Ersqu lejh

 

Ħejju t-triq fid-deżert, fix-xagħri wittu l-mogħdijiet

Ħa jintradam kull wied, ħa jitniżżlu l-għoljiet

Ħa titwitta art imħabbta, issir maqgħad l-art imħarbta

Tfiġġ il-glorja tal-Mulej, le, ma ddumx għax ġej

 

Ħejju t-triq għall-Mulej (Ħejjulu t-triq)

Ħejju t-triq, dalwaqt ġej


       
   

Agħmilni bħalek

Karm Debattista mssp

 

Agħmilni bħalek

Mulej, nitolbok, qaddisni

M’jien xejn quddiemek

Ejja hawn Mulej, u missni

 

Qaddisni… Mulej, qaddisni

Qaddisni… Mulej

U kull qerq neħħi minni

Hawn jien, f’idejk

 

Ħudni f’idejk

Mulej, f’idejk

 

Agħmilni nixbah lilek

Kuljum inservi lilek

Imlini aktar bik

Aktar bik


 
   

     
 

Infaħħrek Mulej

Karm Debattista mssp

 

Infaħħrek, Mulej, infaħħrek

Ta’ dak li madwari hemm

Ta kull ma Int ħlaqt għalija

Infaħħrek, Mulej

 

Infaħħrek, Mulej, infaħħrek

Meta nsibni għaddej f’xi deżert

Meta miexi fi triq twila waħdi

Iva nfaħħrek, Mulej

 

Jiġri x’jiġri nibqa’ nfaħħrek, Mulej

Nibqa’ nfaħħrek, Mulej. Infaħħrek, Mulej

Jiġri x’jiġri nibqa’ nfaħħrek, Mulej

Nibqa’ nfaħħrek, Mulej Ġesł

 

Infaħħrek, Mulej, infaħħrek

Għax titla’ fuqi dejjem ix-xemx

U ssebbaħ kulma hawn madwari

Infaħħrek, Mulej

 

Infaħħrek, Mulej, infaħħrek

Meta tinżel ix-xita sew

U jitħarbat kull pjan li kelli

Imma nfaħħrek, Mulej

 

Jiġri x’jiġri nibqa’ nfaħħrek, Mulej

 

Għax Int hemm, dejjem hemm        

Int miegħi f’kull hemm

Inti hawn miegħi qrib          

Nerġa’ ngħidlek mill-ġdid

Infaħħrek, Mulej

Infaħħrek, Mulej

Infaħħrek, Mulej


   
                   
   

Ngħammar f’Darek

Bernard Falzon mssp, Karm Debattista mssp

 

Int id-dawl, Int il-ħelsien

Minn min nibża’ ’kk miegħek jien

Jekk il-kenn tkun għalija Int, Mulej

Ħaġa waħda tlabtek jien

Li għal dejjem, għal kull żmien

Ngħammar f’darek ħajti kollha, O Mulej

 

Fl-għarix jaħbini meta ruħi nsib fil-għawġ

F’daru jistorni minn kull hemm

Rasi tintrefa’ fuq l-għedewwa tal-madwar

Niġi fit-Tempju noffri b’ferħ

 

La taħbix wiċċek minni, fik l-għajnuna nsib

La tħallinix, la titlaqnix

Iħenn għalija u jweġibni l-Mulej

Lilu nfittex, lilu rrid

 

Jilqagħni għandu meta f’dari ma nsibx kenn

Urini triqtek, O Mulej

Nara t-tjieba tal-Mulej f’art il-ħajjin

Sħiħa hi qalbi fil-Mulej

 

 
                   
   

Ħenn għal uliedek

Karm Debattista mssp

 

Omm ħelwa ta’ Kristu l-Feddej

Int bieb illi jagħti għas-sema

Int kewkba tal-baħar Marija!

Ħenn għal uliedek midinba!

 

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna

Għajnuna tal-poplu l-maħtur

Int kewkba tal-baħar, Marija!

Ħenn għal uliedek midinba!

 

Li b’għaġeb nissilt lil min ħalqek

Fis-siegħa li lqajt it-tislima

Li tak Gabriel, u bqajt xebba

Kif qabel, hekk wara t-tnissil

 

Ħenn għal uliedek midinba!

Ħenn għal uliedek midinba!

Ħenn għal uliedek midinba!

Ħenn għalina Omm ħanina (x2)

 

Ħarisna mill-waqgħa, kun magħna

Inti li lqajt it-tislima

Li tak Gabriel, u bqajt xebba

Kif qabel, hekk wara t-tnissil

 

 
         
 

Niżfen għalik

Karm Debattista mssp 

 

Meta miegħek, meta qribek

Jidher li kollox hu sew

U f’qalbi mill-ġdid insib serħ

U nħossni rrid naqbeż bil-ferħ

 

Meta nara kif tberikni mill-ġdid

Infaħħrek u nkanta minn qalbi għalik

U għajnejja bid-dmugħ spiss jimtlew

Għax qalbi bil-ferħ tfur tassew

 

U nqum niżfen, inqum nifżen għalik

Niżfen għalik mill-ġdid

 

U allura nqum, irrid niżfen kuljum

Biex  nuri li fl-ispirtu meħlus

Xi ħaġa tmexxini biex naqbeż u ndur

Fejn l-Ispirtu jmexxini mmur